Ċentru tal-Politiki

Il-materjal maħsub biex jgħinek tifhem ir-regoli u l-politiki ta' Snapchat.

Daħla

Nixtiequ li l-esperjenza ta' Snapchat tkun waħda tajba u sigura għal kull min juża l-pjattaforma jew is-servizzi tagħna. Biex nilħqu dal-għan ħloqna regoli u politiki li jfissru l-jeddijiet u d-dmirijiet tal-membri kollha tal-komunità tagħna.

Yes or No

Regoli tal-Komunità

Il-Linji Gwida tal-Komunità tagħna jgħinuna fil-ħidma tagħna li nżommu lill-iSnapchatters siguri filwaqt li nħeġġuhom jesprimu rwieħhom. Hawn tista' ssib ir-regoli tagħna dwar ix-xorta ta' mġiba li naċċettaw jew le fuq Snapchat u dwar kif inwettqu dawk ir-regoli.

Big Green Tick

Linji Gwida għall-Kontenut biex ikun Eliġibbli għas-Suġġerimenti

Minbarra r-Regoli tal-Komunità u r-Regoli tas-Servizz, il-kontenut li jilħaq udjenza ikbar għandu jimxi ma' dawn il-linji gwida miżjuda biex ikun jista' jiġi suġġerit mill-algoritmu tagħna lil udjenza usa' minn sħab u s-segwaċi tal-ħallieq tal-kontenut.

Theatre Binoculars

Politiki tar-Riklami

Il-Politiki tar-Riklami tagħna jfissru l-jeddijiet u r-responsabbiltajiet tan-negozji kollha li jagħżlu li jirriklamaw fuq Snap. Aħna nistennew li r-riklamaturi jkunu onesti dwar il-prodotti, is-servizzi u l-kontenut tagħhom, li jġibu ruħhom sew mal-komunità tagħna li magħmula minn nies ġejjin minn ħafna rkejjen tal-ħajja u li qatt ma jnaqqru mill-privatezza tal-iSnapchatters. Aħna niċċekkjaw u napprovaw kull riklam qabel jintwera fuq il-pjattaforma tagħna.

Dollar bills thrown up into the air

Politika tal-Kontenut Kummerċjali

Dil-Politika tal-Kontenut Kummerċjali tgħodd għall-kontenut kollu fuq il-pjattaforma ta' Snap għajr ir-riklami murija minn Snap, il-kontenut li mħallas minn jew li jipprova jirriklama jew jgħarraf lin-nies b'xi ditta, prodott, oġġett jew servizz (fosthom id-ditta jew in-negozju tiegħek stess) u kontenut li għandek xi inċentiv biex tippubblikah għax ingħatajt, ngħidu aħna, xi ħlas jew rigali bla ħlas.

Tixtieq iktar informazzjoni?

Agħti ħarsa lejn dal-materjal l-ieħor:

Iċ-Ċentru tal-Privatezza

Il-politiki u l-faċilitajiet tas-sigurtà fil-qalba tal-app tagħna jgħinu lill-iSnapchatters jesprimu rwieħhom u jiltaqgħu ma' nies oħra li jafu fil-ħajja ta' vera b'mod sigur.

Iċ-Ċentru tas-Sigurtà

Aħna impenjati li nkunu trasparenti dwar dak kollu li qed nagħmlu biex ngħinu nħarsu lill-iSnapchatters fil-waqt li nirrispettaw il-privatezza tagħhom.

Rapporti tat-Trasparenza

Aħna impenjati li nkunu trasparenti dwar dak kollu li qed nagħmlu biex ngħinu nħarsu lill-iSnapchatters mingħajr fil-waqt li nirrispettaw il-privatezza tagħhom.