Our Transparency Report for the Second Half of 2023

April 26, 2024

Illum qed inniedu l-verżjoni l-ġdida tar-Rapport tat-Trasparenza tagħna li jitkellem dwar it-tieni nofs tas-sena 2023.

L-għan tagħna huwa li nħeġġu lin-nies biex tesprimi ruħha, tgħix fil-mument, titgħallem iktar dwar id-dinja u tieħu gost flimkien – u s-sigurtà u l-benesseri tal-komunità tagħna huma kruċjali biex ngħinu lill-iSnapchatters jagħmlu hekk. Ir-rapporti tat-trasparenza tagħna li joħorġu darbtejn fis-sena, huma għodda importanti biex inkejlu l-kisbiet tagħna u naqsmu l-informazzjoni dwar il-ħidma li nkunu qed inwettqu biex inrażżnu l-kontenut u l-kontijiet li jiksru r-regoli tal-pjattaforma tagħna.

Bħalma nagħmlu għal kull rapport tat-trasparenza, ħdimna biex nagħmlu għadd ta' titjib biex ir-rapport ikun iktar ta' siwi għall-komunità tagħna u għall-partijiet interessati ewlenin. F'dar-rapport żidna għadd ta' dejta ġdida fosthom: 

Kejl marbut mal-materjal ta' Terroriżmu u tal-Abbuż u l-Isfruttament Sesswali fuq it-Tfal: Kabbarna t-tabella ewlenija biex ninkludu r-rapporti u t-twettiq tal-politiki tagħna kontra l-materjal ta' Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti u l-materjal dwar l-Abbuż u l-Isfruttament Sesswali fuq it-Tfal. Se nkomplu naqsmu d-dejta dwar il-materjal tal-Abbuż u l-Isfruttament Sesswali fuq it-Tfal f'taqsima ġdida biex nuru li naħdmu, kemm minn rajna kif ukoll wara li jidħlulna r-rapporti, biex inneħħu l-kontenut u l-kontijiet li jiksru r-regoli tagħna, kif ukoll l-għadd ta' drabi li nkunu għażilna li nirrappurtaw il-kontenut lin-National Center for Missing and Exploited Children. 

Iktar dettalji dwar l-Appelli: Ipprovdejna iktar informazzjoni dwar l-appelli, b'ħarsa lejn l-għadd ta' appelli totali li tressqu u l-għadd ta' appelli li ntlaqgħu u taħt liema politiki jaqgħu. Żidna wkoll it-tifsiriet għall-Appelli u l-Appelli Milqugħin mal-Glossarju tar-Rapport tat-Trasparenza tagħna.

Dettalji ġodda marbuta mar-regolamenti tal-UE: Kabbarna t-taqsima dwar l-Unjoni Ewropea biex nagħtu iktar dettalji dwar il-ħidma ta' Snap b'rabta mal-Att dwar is-Servizzi Diġitali Ewropew u biex nagħtu iktar informazzjoni b'rabta mal-ħidma tagħna ta' kif infittxu u nagħrfu materjal dwar l-Abbuż u l-Isfruttament Sesswali fuq it-Tfal. Se nkomplu naddattaw ir-rapporti tat-trasparenza tagħna b'reazzjoni għar-regolamenti madwar id-dinja huma u jinbidlu. 

Aħna nibqgħu determinati bl-għan li niksbu u nżommu l-fiduċja tal-komunità tagħna u ta' dawk kollha interessati, u għalhekk se nkomplu naħdmu biex il-pjattaforma tagħna tibqa' sigura, se ngħarrfukom dwar il-kisbiet tagħna u se nkelju l-ħidma li nkunu wettaqna.

Lura għall-Aħbarijiet