logoSnap Values

KUNSENS GĦALL-ĠBIR, L-UŻU, U Ż-ŻAMMA

TAD-DEJTA TIEGĦEK FUQ SPECS GĦALL-ORDNI MINN QABEL

Meta tiftaħ il-kamera fuq l-app jew il-websajt ta' SPECS, Specs Inc. (“Specs”) tiġbor l-informazzjoni tiegħek fosthom kejl dettaljat dwar wiċċek u rasek biex tistima d-daqs ta' rasek, biex tirrakkomanda id-dimensjoni xierqa ta' SPECS biex jgħinek fil-kumdità fiżika. 

Specs tiġbor, tuża, u żżomm din l-informazzjoni sabiex tkun tista' taħdem, twassal, iżżomm, u ttejjeb SPECS, u tippersonalizza l-esperjenza tiegħek. L-informazzjoni miġbura tista' tinkludi sinjali maħruġa mill-kamera sabiex tagħraf id-daqs ta' wiċċek u rasek. Dan il-kejl jintuża biss waqt is-sessjoni tad-daqs, ma jinżammx wara li tintemm is-sessjoni, u jitħassar malli tintemm kull sessjoni. L-unika informazzjoni li tinżamm hija d-daqs finali ta' rasek irrakkomandat jew magħżul għall-ordni tiegħek.


Tista’ taqra iżjed dwar kif nipproċessaw tagħrif personali u l-jeddijiet tiegħek fil-Politika tal-Privatezza tagħna. 

Jekk ma tixtieqx li l-informazzjoni tiegħek tintuża kif inhu deskritt hawn, jew jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din il-Politika jew il-prattiċi tal-privatezza tagħna, tista' tikkuntattjana hawn

Billi tagħżel "Ippermetti" meta taċċessa l-kamera, int tirrikonoxxi li qed taqbel mal-ġbir, użu, ħażna, u qsim tad-dejta dwar rasek għar-raġunijiet u l-perjodu msemmija hawn fuq.