Snap Values

Politika tal-Privatezza Supplimentari ta' Spectacles 2024

Fis-seħħ minn: 18 ta' Awwissu 2025

Merħba għall-Politika tal-Privatezza Supplimentari ta' Snap Inc. għal-Spectacles tal-2024. Ħloqna din il-politika biex nipprovdu informazzjoni addizzjonali għal individwi li qed jużaw l-apparat Spectacles 2024 u l-App Spectacles li takkumpanjah (flimkien “Spectacles”). Din il-politika tissupplimenta, u hija addizzjonali għall-Politika tal-Privatezza tagħna u avviżi speċifiċi għar-reġjun u tispjega kif Snap tiġbor, tuża, u taqsam id-dejta tiegħek fuq Spectacles.

Kontroll fuq l-Informazzjoni Tiegħek

Billi rridu li jkollok kontroll fuq l-informazzjoni tiegħek, se nagħtuk firxa ta' għodod, fosthom:

  • Permess dwar il-Post. Informazzjoni dwar il-post tiegħek (il-post preċiż permezz ta' metodi bħal sinjali tal-GPS) mhix se tinġabar b'mod awtomatiku sakemm int ma tattivax din il-funzjoni fl-App ta' Spectacles. Int dejjem tista' tiddiżattiva din il-funzjoni fi kwalunkwe ħin fl-App ta' Spectacles tiegħek.

  • Kamera u Mikrofonu. Meta tikkonettja l-apparat Spectacles tiegħek mal-App ta' Spectacles tiegħek, biex jitħaddem ikun meħtieġ aċċess għall-Kamera u għall-Mikrofonu fuq l-apparat Spectacles tiegħek. Tista' tneħħi l-aċċess tal-App ta' Spectacles għall-Kamera u għall-Mikrofonu fuq l-apparat Spectacles tiegħek billi twaqqaf l-użu tal-apparat Spectacles tiegħek.

  • Ħassar l-Immaġnijiet u l-Vidjows li Ġbidt. Immaġnijiet jew reġistrazzjonijiet bil-vidjow li tiġbed fuq l-apparat Spectacles tiegħek jitħassru b'mod awtomatiku mill-apparat tiegħek meta tniżżel l-Immaġnijiet u l-Vidjows li Ġbidt billi tuża l-App ta' Spectacles.

Informazzjoni li Niġbru

Meta tuża Spectacles niġbru informazzjoni li tagħtina, informazzjoni li niġġeneraw meta tuża Spectacles jew informazzjoni oħra li nirċievu bil-permess tiegħek, inkluż:

  • Informazzjoni dwar il-kamera u l-awdjo. Biex nipprovdulek l-esperjenza ta' Spectacles, ikollna bżonn niġbru informazzjoni mill-kamera u l-mikrofonu tiegħek:

    • Informazzjoni dwar idejk. Biex tinnaviga fuq Spectacles ikollok bżonn tuża idejk. Pereżempju, taċċessa l-menu fil-lenti billi tħares lejn il-pala ta' idek u tista' toqros, tkaxkar u tiġbed oġġetti AR f'esperjenza ta' lenti b'subgħajk. Dan ma jkunx possibbli bla ma niġbru informazzjoni relatata ma' idejk. Aħna nħarsu lejn id-daqs ta' idejk inkluża d-distanza stmata bejn l-għekiesi tal-idejn, il-pożizzjoni, u l-moviment ta' idejk sabiex nirrendu idejn animati bl-AR u npożizzjonaw oġġetti bbażati fuq il-pożizzjoni u l-moviment tal-id.

    • Informazzjoni dwar leħnek. Biex tikkomunika mal-karatteristiċi fuq Spectacles ser tuża kmandi tal-vuċi, jiġifieri aħna ser nipproċessaw l-awdjo tiegħek biex noħolqu traskrizzjonijiet tat-test. Il-mikrofonu jista' jaqbad ukoll ħsejjes ta' madwarek inti u tuża Spectacles.

    • Informazzjoni dwar dak ta' madwarek: Aħna niġbru informazzjoni dwar il-post fiżiku li tkun tinsab fih. Pereżempju, nistgħu nagħrfu oġġetti fl-ambjent tiegħek bħal ħitan, twieqi, u għamara u nistmaw id-daqs, il-forma, u d-distanza ta’ dawk l-oġġetti. Din l-informazzjoni tgħinna nagħtuk servizz tal-AR komplut.

  • Aġġustamenti tajbin. Biex niżguraw li Spectacles huma ottimali għalik, ser niġbru informazzjoni relatata mal-qies u l-preferenzi:

    • Distanza tal-għajnejn. Ser niġbru informazzjoni dwar id-distanza bejn għajnejk. Din ser tgħin fil-kumdità, biex nagħtuk stampa iktar ċara u biex nagħtuk servizz tal-AR aħjar għalik. Tista' jew tagħtina din l-informazzjoni int stess permezz tal-App Spectacles jew aħna nagħmlu stima u niġbruha għalik permezz tal-Kamera meta tuża Spectacles għall-ewwel darba. L-informazzjoni miġbura dwar id-distanza tal-għajnejn se tippersisti fuq l-apparat Spectacles tiegħek. Tista' tibdel l-għażliet marbuta mal-għamla ta' wiċċek mill-App ta' Spectacles meta tixtieq.

    • Meta tuża l-App tal-iOS Spectacles biex tistma d-distanza ta' għajnejnk, nużaw il-kamera TrueDepth fuq it-telefon tiegħek biex naqbdu dejta preċiża dwar id-distanza tal-għajnejn u l-wiċċ. Innota, madankollu, li din l-informazzjoni tintuża f'ħin reali — aħna ma naħżnux din l-informazzjoni fuq is-servers tagħna u lanqas ma naqsmuha ma' partijiet terzi.

  • Informazzjoni dwar il-Post. Jekk il-lokazzjoni tiegħek tkun attivata, tkun tista' żżid Lentijiet, stikers, filtri speċifiċi għall-lokazzjoni u ssalva din l-informazzjoni mar-ritratti jew il-vidjows li tkun ħadt.

  • Ritratti u filmati meħuda. Tista' tagħżel li tuża Spectacles biex tieħu r-ritratti jew tirreġistra l-filmati. Il-kontenut maqbud tiegħek se jibqa' fuq l-apparat tiegħek sakemm tniżżlu permezz tal-App Spectacles.

Kif Nużaw l-Informazzjoni

Kif deskritt fil-Politika tal-Privatezza tagħna, nużaw l-informazzjoni tiegħek għal diversi skopijiet oħrajn apparti t-tħaddim, il-konsenja u l-manutenzjoni ta' Spectacles. Pereżempju, nużaw l-informazzjoni tiegħek biex:

  • Nippersonalizzaw Spectacles tiegħek, billi nużaw l-informazzjoni tiegħek bħall-aġġustamenti għall-kumdità tal-ilbies.

  • Niżviluppaw u ntejbu l-mudelli tat-tagħlim awtomatiku tagħna għar-realtà awmentata.

  • Nanalizzaw l-informazzjoni tiegħek, bħall-interazzjonijiet u l-metadejta mal-lentijiet biex nidentifikaw xejriet u tendenzi fl-użu, li jgħinuna nifhmu d-domanda.

Kif Naqsmu l-Informazzjoni

Kif deskritt fil-Politika tal-Privatezza tagħna, aħna naqsmu informazzjoni dwarek ma' oħrajn għal diversi raġunijiet. Pereżempju, Colocated Lenses jistgħu jaqsmu l-isem muri tiegħek, informazzjoni dwar l-apparat, Bitmoji, ċertu dejta dwar il-kamera, u azzjonijiet li int tieħu ma' parteċipanti oħra fil-Colocated Lens. Nistgħu naqsmu wkoll l-informazzjoni tiegħek ma' fornituri ta' servizzi, inklużi l-iżviluppaturi tal-Lenti tagħna.

Ikkuntattjana

Jekk għandek xi mistoqsija dwar din il-Politika jew il-prattiki tal-privatezza tagħna, tista' tikkuntattjana hawn.