Avviż dwar il-Privatezza għall-Messiku

Dħul fis-seħħ: 30 ta' Settembru 2021

Ħloqna dan l-avviż apposta għall-utenti ġewwa l-Messiku. L-utenti ġewwa l-Messiku għandhom ċertu drittijiet għall-privatezza kif speċifikat taħt il-liġi Messikana, inkluż il-Ley Federal de Protección de Datos Personales en Posesión de los Particulares. Il-Prinċipji tal-Privatezza u l-għażliet tal-privatezza li nagħtu lill-utenti kollha huma skont dawn il-liġijiet—dan l-avviż jiżgura li nwettqu ir-rekwiżiti speċifiċi kollha għall-Messiku. Pereżempju, l-utenti kollha jistgħu jużaw l-app biex jitolbuna kopja tad-data tagħhom, jitolbuna nħassru id-data, u jikkonrollaw is-"Settings" tal-privatezza tagħhom. Aqra l-Politika tal-Privatezza tagħna biex tikseb id-dettalji kollha.

Kontrollur tad-Data

Jekk int utent ġewwa l-Messiku, għandek tkun taf li l-kontrollur tal-informazzjoni personali tiegħek hija Snap Inc., bl-indirizz 3000 31st Street, Santa Monica, California 90405.

Drittijiet ta' Aċċess, ta' Korrezzjoni, u ta' Tħassir

Tista' tuża d-drittijiet tiegħek ta' aċċess, korrezzjoni, u tħassir skont ma hemm miktub fit-taqsima l-Kontroll fuq l-Informazzjoni Tiegħek tal-Politika tal-Privatezza.

Id-Dritt Tiegħek li Toġġezzjona u Tikkontesta

Għandek id-dritt li toġġezzjona u tikkontesta l-użu tagħna tal-informazzjoni tiegħek. B'ħafna tipi ta' data, ipprovdejnilkom l-għażla li sempliċement tħassar id-data jekk ma tridx li nipproċessawha iktar. Għal tipi oħra ta' data, tajnikom l-għażla li twaqqfu l-użu tad-data tagħkom billi twaqqaf dik il-faċilità għal kollox. Tista' tagħmel hekk meta tuża l-app. Tista' tikkuntattjana jekk hemm xi tipi oħra ta' informazzjoni li ma taqbilx li nipproċessaw.

Cookies

Bħall-biċċa l-kbira tas-servizzi u apps tal-mowbajl onlajn, aħna nistgħu nużaw "cookies" u teknoloġiji oħra, bħal "web beacons", konservazzjoni ta' data fuq l-internet, jew identifikaturi uniċi għar-reklamar, biex niġbru informazzjoni dwar l-attività onlajn tiegħek, brawżer u apparat. Biex issir taf iktar dwar kif aħna u l-imsieħba tagħna nużaw il-"cookies" fuq is-servizzi tagħna u l-għażliet tiegħek, jekk jogħġbok aqra t-taqsima ta' Informazzjoni Miġbura mill-"Cookies" u Teknoloġiji Oħra tal-Politika tal-Privatezza.