logoSnap Values

Avviż dwar il-Privatezza għaż-ŻEE u r-Renju Unit

Fis-seħħ minn: 21 ta’ Settembru, 2026

Dal-avviż jagħti iktar informazzjoni għall-utenti ġewwa ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u r-Renju Unit. L-utenti ġewwa ż-ŻEE u r-Renju Unit għandhom ċertu drittijiet għall-privatezza bis-setgħa tal-liġijiet tal-UE u tar-Renju Unit fosthom ir-Regolament Ġenerali għall-Ħarsien tad-Dejta (GDPR) u l-Att dwar il-Ħarsien tad-Dejta tal-2018 tar-Renju Unit. Il-Prinċipji tal-Privatezza tagħna u l-għażliet għall-privatezza li noffru lill-utenti kollha jimxu ma dawn il-liġijiet. Dan l-avviż il-liġijiet jassigura li nwettqu dak kollu mitlub minna speċifikament mil-liġijiet taż-ŻEE u tar-Renju Unit. Ngħidu aħna, l-utenti kollha jistgħu jitolbu kopja tad-dejta tagħhom, jitolbu għat-tħassir tad-dejta u jikkontrollaw is-settings tal-privatezza tagħhom fl-app. Għall-informazzjoni kollha, aqra l-Politika tal-Privatezza.

Kontrollur tad-Dejta

Jekk int utent ġewwa ż-ŻEE jew ir-Renju Unit, għandek tkun taf li Snap Inc. hija l-kontrollur tal-informazzjoni personali tiegħek.

Drittijiet ta' Aċċess, Tħassir, Korrezzjoni, u Trasferibbiltà

Tista' tuża d-drittijiet tiegħek għall-aċċess, għat-tħassir, għat-tiswija u għat-tmexxija tad-dejta skont it-taqsima Kontroll fuq l-Informazzjoni Tiegħek tal-Politika tal-Privatezza. Għandek ukoll id-dritt li titlob ir-restrizzjoni tal-ipproċessar tal-informazzjoni personali tiegħek u d-dritt li tressaq ilment quddiem awtorità superviżorja, kif stipulat hawn taħt. Jista' jkollok ukoll id-dritt li titlob reviżjoni minn bniedem, tesprimi l-opinjoni tiegħek u tikkontesta deċiżjonijiet meħuda unikament permezz ta' proċessar awtomatizzat li jaffettwawk b'mod sinifikanti.

Bażi Legali biex Nużaw l-Informazzjoni Tiegħek

Pajjiżek iħallina nużaw l-informazzjoni personali tiegħek biss meta ċertu kundizzjonijiet ikunu fis-seħħ. Dawn il-kundizzjonijiet jissejħu “bażi legali” u, aħna ta' Snap, ħafna drabi nużaw wieħed minn dawn erbgħa:

  • Kuntratt. Waħda mir-raġunijiet għaliex nafu nużaw l-informazzjoni tiegħek hija li tkun ilħaqt ftehim magħna. Pereżempju, meta tixtri ĠeoFiltru Personalizzat u taċċetta r-Regoli tal-Għodod Kreattivi Personalizzati tagħna, aħna neħtieġu nużaw xi informazzjoni privata tiegħek biex niġbru l-ħlas u niżguraw li nuru l-Ġeofiltru tiegħek lin-nies ix-xierqa fil-post u l-ħin kif suppost.

  • Interess leġittimu. Raġuni oħra għaliex nafu nużaw l-informazzjoni tiegħek hija li aħna jkollna—jew entità esterna jkollha—interess leġittimu li nagħmlu hekk. Pereżempju, aħna neħtieġu nużaw l-informazzjoni personali tiegħek biex nipprovdu u ntejbu s-servizzi tagħna, fosthom li nħarsu l-kont tiegħek, inxandru l-iSnaps tiegħek, li nipprovdu appoġġ lill-klijent, u ngħinuk issib ħbieb u kontenut li naħsbu li se jogħġbok. Billi l-biċċa l-kbira tas-servizzi tagħna huma bla ħlas, nafu wkoll nużaw xi informazzjoni dwarek biex nippruvaw nuruk xi reklami li ssib interessanti bbatażi fuq l-informazzjoni tiegħek. Punt importanti li jeħtieġlek tifhem dwar interess leġittimu hija li l-interessi tagħna mhux iktar importanti mid-dritt tiegħek għall-privatezza, u għalhekk nużaw ir-raġuni tal-interess leġittimu biss meta nemmnu li l-mod kif nużaw id-dejta tiegħek ma jkollux impatt sinifikanti fuq il-privatezza tiegħek, għax huwa mistenni minnek li nistgħu nużaw id-dejta tiegħek f'dak il-każ, jew għax hemm raġuni importanti biex nagħmlu hekk. Tista' ssib iktar dettalji dwar ir-raġunijiet kummerċjali leġittimi tagħna biex nużaw l-informazzjoni tiegħek hawn

  • Kunsens. F'ċerti sitwazzjonijiet se nitolbuk għall-kunsens biex nużaw l-informazzjoni tiegħek għal xi skop partikolari. Jekk nagħmlu hekk, se niżguraw li tkun tista' tirrinunzja l-kunsens tiegħek mis-servizzi tagħna jew mill-permessi ta' l-appart tiegħek. Għandek id-dritt li tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin. Dan mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar ibbażat fuq il-kunsens qabel l-irtirar tiegħu. Anki jekk ma nkunux qed niddependu fuq il-kunsens tiegħek biex nużaw l-informazzjoni tiegħek, xorta nistgħu nitolbuk permess għall-aċċess ta' dejta bħall-lista tal-kuntatti jew il-post fejn tinsab.

  • Obbligu legali. Nafu nkunu meħtieġa nużaw l-informazzjoni personali tiegħek biex nimxu mal-liġi, bħal pereżempju meta nkunu obbligati nagħmlu hekk minn xi proċess legali jew meta jkollna nwettqu xi għemil biex inħarsu lill-utenti tagħna. Il-politika tagħna hija li meta nirċievu xi talba legali għall-informazzjoni tal-kont ta' xi Snapchatter, ħlief f'ċerti eċċezzjonijiet, dejjem ngħarrfu lil dak l-utent. Sir af iktar minn hawn.

Il-Dritt Tiegħek li Toġġezzjona

Għandek il-jedd li toġġezzjona li nużaw l-informazzjoni tiegħek. Għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tal-informazzjoni personali tiegħek ibbażat fuq interessi leġittimi, inkluż il-profiling relatat ma’ tali pproċessar, u li toġġezzjona fi kwalunkwe ħin għall-ipproċessar għal skopijiet ta’ marketing dirett. B'ħafna tipi ta' dejta, tajniek l-għażla li sempliċiment tħassar id-dejta jekk ma tixtiqniex inkomplu nipproċessawha. Għal tipi oħra ta' dejta, tajniek l-għażla li twaqqaf l-użu tad-dejta tiegħek billi twaqqaf dik il-faċilità għalkollox. Tista' tagħmel hekk meta tuża l-app. Tista' tikkuntattjana jekk hemm xi tipi oħra ta' informazzjoni li ma taqbilx li nipproċessaw. Sir af aktar dwar kif Snap tipproċessa d-dejta personali u kif tista’ toġġezzjona.

Trasferimenti Internazzjonali tad-Dejta

Nistgħu niġbru l-informazzjoni personali tiegħek minn, ngħadduha lil u naħżnuha u nipproċessawha ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka u pajjiżi oħra li ma tgħixx fihom. Tista' ssib iktar informazzjoni dwar il-kategoriji ta' entijtajiet esterni li magħhom naqsmu l-informazzjoni hawn.

Kull meta naqsmu l-informazzjoni ma' entitajiet esterni barra l-pajjiż fejn tgħix, dejjem nassiguraw li hemm sistemi ta' tmexxija u transfer ta' dejta adegwati biżżejjed fis-seħħ (bħal Klawżoli Kuntrattwali Standard jew il-ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerka /l-Ingilterra/l-Iżvizzera tal-Qafas tal-Privatezza tad-Dejta Tista’ titlob kopja tal-miżuri ta’ salvagwardja rilevanti billi tikkuntattjana.

Qafas tal-Privatezza tad-Dejta bejn l-UE/l-Amerika/l-Ingilterra/l-Iżvizzera

Snap Inc. complies with the EU-U.S. Data Privacy Framework, Swiss-U.S. Data Privacy Frameworks, and the UK Extension to the EU-U.S. DPF as set forth by the U.S. Department of Commerce (collectively, the “DPF”) when handling your personal information as described in our Privacy Policy received from third parties in the EEA, Switzerland, and the UK, respectively. Please visit the DPF website to learn more about the DPF program and to view our certification in the DPF list.

In accordance with the DPF principles, Snap remains liable for failures to comply with the DPF when we share your personal information with third parties working on our behalf under the Onward Transfer Principle (except for failures that are not our responsibility).

If you have complaints or questions about how we are complying with the DPF’s principles when handling your personal information, please submit your inquiries as explained below. Our compliance with the DPF’s principles is also subject to the investigatory and enforcement powers of the U.S. Federal Trade Commission. In certain circumstances, you have the right to invoke binding arbitration to resolve complaints that are not resolved by other means, as described in Annex I of the DPF Framework.

Rappreżentant

Snap Inc. ħatret lil Snap B.V. bħala r-rappreżentanta tagħha ġewwa ż-ŻEE. Tista' tikteb lir-rappreżentant minn hawn jew fuq l-indirizz:

Snap B.V.
Keizersgracht 165, 1016 DP
Amsterdam, in-Netherlands