logoSnap Values

Avviż dwar il-Privatezza għall-Brażil

Fis-seħħ minn: 31 ta' Awwissu, 2026

Aħna ħloqna dan l-avviż speċifikament għall-utenti fil-Brażil. L-utenti fil-Brażil għandhom ċerti drittijiet tal-privatezza bis-setgħa tal-liġijiet Brażiljani fosthom il-Lei Geral de Proteção de Dados Pessoais (LGPD). Il-Prinċipji tal-Privatezza tagħna u l-għażliet għall-privatezza li noffru lill-utenti kollha huma skont dawn il-liġijiet - dan l-avviż jassigura li nwettqu dak kollu mitlub minna speċifikament għall-Brażil. Ngħidu aħna, l-utenti kollha jistgħu jitolbu kopja tad-dejta tagħhom, jitolbu għat-tħassir tad-dejta u jikkontrollaw is-settings tal-privatezza tagħhom fl-app. Għall-informazzjoni kollha, aqra l-Politika tal-Privatezza tagħna.

Kontrollur tad-Data

Jekk int utent ġewwa l-Brażil, għandek tkun taf li Snap Inc. hija l-kontrollur tal-informazzjoni personali tiegħek.

Drittijiet ta' Aċċess, Tħassir, Korrezzjoni, u Portabbiltà

Tista' tuża d-drittijiet tiegħek għall-aċċess, għat-tħassir, għal-korezzjoni u għal-portabbiltà tad-dejta skont it-taqsima Kontroll fuq l-Informazzjoni Tiegħek tal-Politika tal-Privatezza. Għal drittijiet oħra applikabbli fil-Brażil, bħar-restrizzjoni tal-ipproċessar jew ir-revoka tal-kunsens, tista' Tikkuntattjana.

Sisien Legali biex Nużaw l-Informazzjoni Tiegħek

Pajjiżek iħallina nużaw l-informazzjoni personali tiegħek biss meta xi kundizzjonijiet ikunu fis-seħħ. Dawn il-kundizzjonijiet jissejħu “sisien legali” u, aħna ta' Snap, ħafna drabi nużaw wieħed minn dawn erbgħa:

  • Kuntratt. Waħda mir-raġunijiet għaliex nafu nużaw l-informazzjoni tiegħek hija li tkun ilħaqt ftehim magħna. Pereżempju, meta tixtri ĠeoFiltru Personalizzat u taċċetta r-Regoli tal-Għodod Kreattivi Personalizzati tagħna, aħna neħtieġu nużaw xi informazzjoni privata tiegħek biex niġbru l-ħlas u niżguraw li nuru l-Ġeofiltru tiegħek lin-nies ix-xierqa fil-post u l-ħin kif suppost.

  • Interess leġittimu. Raġuni oħra għaliex nafu nużaw l-informazzjoni tiegħek hija li aħna jkollna—jew parti terza jkollha—interess leġittimu li nagħmlu hekk. Pereżempju, aħna neħtieġu nużaw l-informazzjoni personali tiegħek biex nipprovdu u ntejbu s-servizzi tagħna, fosthom li nħarsu l-kont tiegħek, inxandru l-iSnaps tiegħek, li nipprovdu appoġġ lill-klijent, u ngħinuk issib ħbieb u kontenut li nemmnu li se jogħġbok. Billi l-biċċa l-kbira tas-servizzi tagħna huma bla ħlas, nafu wkoll nużaw xi informazzjoni dwarek biex nippruvaw nuruk xi reklami li ssib interessanti bbatażi fuq l-informazzjoni tiegħek. Punt importanti li jeħtieġlek tifhem dwar interess leġittimu hija li l-interessi tagħna mhux iktar importanti mid-dritt tiegħek għall-privatezza, u għalhekk nużaw is-sies tal-interess leġittimu biss meta nemmnu li l-mod kif nużaw id-data tiegħek ma jkollux impatt sinifikanti fuq il-privatezza tiegħek, għax huwa mistenni minnek li nistgħu nużaw id-data tiegħek f'dak il-każ, jew għax hemm raġuni importanti biex nagħmlu hekk. Hawn tista' ssib iktar dettalji dwar ir-raġunijiet kummerċjali leġittimi tagħna biex nużaw l-informazzjoni tiegħek.

  • Kunsens. F'ċerti sitwazzjonijiet se nitolbuk għall-kunsens biex nużaw l-informazzjoni tiegħek għal xi skop partikolari. Jekk nagħmlu hekk, se niżguraw li tkun tista' tirrinunzja l-kunsens tiegħek mis-servizzi tagħna jew mill-permessi ta' l-appart tiegħek. Anki jekk ma nkunux qed niddependu fuq il-kunsens tiegħek biex nużaw l-informazzjoni tiegħek, xorta nistgħu nitolbuk permess għall-aċċess ta' data bħall-lista tal-kuntatti jew il-post fejn tinsab.

  • Obbligu legali. Nafu nkunu meħtieġa nużaw l-informazzjoni personali tiegħek biex nimxu mal-liġi, bħal ngħidu aħna, meta nkunu obbligati nagħmlu hekk minn xi proċess legali jew meta jkollna nwettqu xi għemil biex inħarsu lill-utenti tagħna.

Id-Dritt tiegħek li Toġġezzjona

Inti għandek id-dritt li toġġezzjona għall-użu tal-informazzjoni tiegħek minna, jekk l-ipproċessar isir bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-LGPD. B'ħafna tipi ta' dejta, tajniek l-għażla li sempliċiment tħassar id-dejta jekk ma tixtiqniex inkomplu nipproċessawha. Għal tipi oħra ta' dejta, tajniek l-għażla li twaqqaf l-użu tad-dejta tiegħek billi twaqqaf dik il-faċilità għalkollox. Tista' tagħmel hekk meta tuża l-app. Tista' tikkuntattjana jekk hemm xi tipi oħra ta' informazzjoni li ma taqbilx li nipproċessaw.

Trasferimenti Internazzjonali tad-Dejta

Peress li aħna kumpanija globali, jista' jkun li jkollna bżonn naqsmu d-dejta personali tiegħek ma' kumpaniji msieħba u entitajiet fi ħdan il-grupp tagħna. Jekk ikun hemm bżonn li tiġi ttrasferita d-dejta tiegħek barra mill-Brażil, aħna ndaħħlu miżuri tekniċi biex niżguraw li tali trasferiment iseħħ skont l-LGPD.