Politika ta' Monetizzazzjoni tal-Ħallieq
Nixtiequ nagħtu premju finanzjarju lill-ħallieqa talli jippubblikaw kontenut ta' kwalità għolja b'konsistenza fuq Snapchat. L-għanijiet tal-programm ta' monetizzazzjoni tal-kontenut huma li:
L-iSnapchatters iħossu li meta jiftħu l-kontenut tiegħek, qed jinvestu ħinhom sew, u
Ir-Reklamaturi jkunu ħerqana biex jorbtu d-ditti tagħhom mal-kontenut tiegħek.
Biex tkun eliġibbli biex iddaħħal il-flus mill-kontenut li ttella', il-kontenut għandu jimxi mal-politiki msemmija fuq dil-paġna, kif ukoll:
Ir-regoli ta' kwalunkwe ftehim ta' kontenut ieħor bejnek u bejn Snap, jekk applikabbli.
Suġġeriment: il-kontenut tiegħek għandu jimxi mal-Linji Gwida għall-Eliġibbiltà tas-Suġġerimenti tal-Kontenut biex ikun jista' jilħaq pubbliku usa' mis-segwaċi tiegħek.
Il-politiki ta’ monetizzazzjoni f’din il-paġna huma distinti mill-Politika dwar il-Kontenut Kummerċjali, li tgħodd għar-reklami fil-kontenut, jiġifieri, il-kontenut sponsorizzat.