Snap Values

Ir-Rapport tat-Trasparenza tagħna għall-Ewwel Nofs tas-Sena 2024

4 ta' Diċembru 2024

Illum qed inniedu r-rapport tat-trasparenza l-iktar riċenti tagħna li jkopri l-ewwel nofs tas-sena 2024.

Għalina ta' Snapchat, ir-rapporti tat-trasparenza huma għodda kruċjali biex naqsmu l-progress tal-ħidma tagħna lejn għan ewlieni: is-sigurtà tal-iSnapchatters. Ma kull rapport, nittamaw li l-komunità tagħna tkun iktar konxja tal-għodod u tal-miżuri stretti ta' sigurtà tagħna.

Waqt li l-biċċa l-kbira tal-passi li nieħdu jirriżultaw mir-rapporti li nirċievu, nieħdu wkoll passi proattivi biex nidentifikaw u nieħdu passi kontra l-ksur tal-Linji Gwida tal-Komunità ta' Snapchat bl-assistenza ta' għodod tat-teknoloġija bħal intelliġenza artifiċjali u identifikazzjoni ta' "keywords". Minn dar-rapport 'il quddiem, se nkunu qed naqsmu dejta iktar dettaljata, fuq livelli kemm globali kif ukoll pajjiż b'pajjiż, relatati ma' dawk il-passi proattivi li ttieħdu, billi nipprovdu ħarsa dettaljata lejn n-numru totali tat-tali azzjonijiet proattivi, kontinijiet uniċi li ttieħdu passi kontriehom u ż-żmien medju biex dan il-proċess twettaq. Kif spjegat f'dar-rapport, ħadna iktar minn 3.4 miljun azzjoni ta' passi proattivi fl-ewwel nofs tas-sena 2024 bl-għajnuna ta' dawn l-għodda.

Żidna wkoll taqsima ġdida fil-bidu tar-rapport, li kollettivament tipprovdi ħarsa ġenerali kemm tal-passi proattivi tagħna, kif ukoll tal-passi li ttieħdu wara li daħlilna rapport. Dit-taqsima l-ġdida tkompli żżid mat-taqsimijiet ddedikati li jiddokumentaw f'iktar dettall il-passi li ttieħdu wara li daħlilna rapport u l-azzjonijiet proattivi tagħna. 

Għalina ta' Snapchat, is-sigurtà tal-komunità tagħna hija prijorità ewlenija u se nkomplu naqsmu magħkom il-kisbiet tagħna f'dan il-qasam darbtejn f'sena b'dawn ir-rapporti tat-trasparenza.

Lura għall-Aħbarijiet