Il-Ħarsien tat-Tfal Fuq l-Internet Jirrikjedi Aktar Minn Projbizzjonijiet fuq il-Midja Soċjali
Għalfejn il-Projbizzjonijiet fuq il-Midja Soċjali Jistgħu Joħolqu Riskji Ġodda
It-9 ta’ Lulju, 2026
Għal iktar minn għoxrin sena, ħdimt biex nipproteġi lit-tfal kontra l-isfruttament fuq l-internet, l-ewwel bħala Kmandant tal-Grupp ta' Ħidma Kontra d-Delitti fuq it-Tfal fuq l-Internet ta' New Jersey, aktar tard bħala l-Kap Eżekuttiv u l-Ko-Fundatur ta' Raven (organizzazzjoni bla skop ta' qligħ iffukata fuq il-ġlieda kontra l-isfruttament tat-tfal) u issa qed immexxi l-politika dwar il-forzi tal-ordni u tas-sigurtà f'Snap Inc. Matul dawn ir-rwoli kollha, investigajt predaturi tat-tfal, ħdimt ma' superstiti u familji, għent fl-implimentazjoni ta' politika għas-sigurtà tat-tfal u xhedt quddiem il-Kungress dwar l-isfruttament fuq l-internet u t-teknoloġija.
Lezzjoni waħda baqgħet konsistenti b'mod rimarkevoli: meta n-nies huma pprojbiti milli jużaw parti waħda ta' l-internet, rari jieqfu jidħlu fuq l-internet. Sempliċement imorru xi mkien ieħor.
Din ir-realtà għandha tkun fil-qalba tad-dibattitu tal-lum dwar proposti biex iż-żgħażagħ jiġu pprojbiti mill-midja soċjali. Ħafna sostenituri ta' proposti bħal dawn jaqsmu l-għan li jiżguraw liż-żgħażagħ ikunu aktar siguri fuq l-internet. Il-mistoqsija hija jekk dawn il-politiki hux se jiksbu dak ir-riżultat.
Il-Problema tal-Migrazzjoni
Matul investigazzjonijiet tagr identtia moħbija mmirati lejn predaturi tat-tfal u netwerks ta' esplojtazzjoni, jien ripetutament rajt l-istess xejra. Meta pjattaforma saret iktar effettiva biex tidentifika mġiba li tista' tkun ta' ħsara, il-ħatjin addattaw. Meta l-filtrazzjoni tal-kontenit tjiebet, imxew. Meta żdiedet il-pressjoni mill-forzi tal-ordni, huma nbidlu. Meta s-salvagwardji għamluha aktar diffiċli biex joperaw fil-beraħ, huma fittxew postijiet b'inqas regoli, inqas sorveljanza u protezzjonijiet tas-sikurezza aktar dgħajfa.
L-istess dinamika tgħodd għaż-żgħażagħ.
Żagħżugħ li jrid jikkomunika fuq l-internet ma jitlifx f'daqqa dik ix-xewqa għax liġi tipprojbixxi l-aċċess għal servizz popolari u mainstream. Żgħażagħ mimlija riżorsi jfittxu alternattivi. L-istorja wriet dan ripetutament. Minn spazji ta' chat anonimi għal pjattaformi li huma operati internazzjonalment, l-utenti jsibu mogħdijiet oħra meta jiġu imposti r-restrizzjonijiet. L-adolexxenti m'humiex differenti.
L-internet mhuwiex qed jisparixxi. Il-komunikazzjoni fuq l-internet mhix se tieqaf. Il-mistoqsija mhix jekk iż-żgħażagħ se jmorrux fuq l-internet. Il-mistoqsija hija fejn se jmorru.
Mhux il-pjattaformi kollha huma ndaqs
Waħda mill-ikbar suppożizzjonijiet falzi f'dan id-dibattitu hija li kull servizz fuq l-internet jiġi ttrattat bħallikieku jippreżenta l-istess livell ta' riskju. Ma jagħmlux dan.
Xi pjattaformi, fosthom Snapchat, investew ħafna fl-infrastruttura tal-fiduċja u s-sikurezza, fl-iscreening apposta għall-età, f’għodod għall-ġenituri, fi skoperta proattiva, fis-sistemi ta' rappurtar, fil-filtrazzjoni tal-kontenut u fil-kooperazzjoni mal-forzi tal-ordni. Dawn is-sistemi mhumiex perfetti u lanqas m'huma l-istrateġiji barra mill-internet għall-protezzjoni tat-tfal. Iżda meta mfassla bir-reqqa, l-għodod tas-sigurtà tal-pjattaforma jistgħu jkunu aktar adattabbli, aktar konsistenti u mgħammra aħjar biex jappoġġjaw sejbien bikri, rappurtar u intervent meta mqabbla ma' bosta strateġiji tradizzjonali. Madankollu, huma joħolqu xi ħaġa essenzjali: il-ħila biex jindunaw b’riskju u jwieġbu għalih.
Dik l-abbiltà tippermetti intervent u rapportar. Jippermetti l-kontabbiltà. Il-ħila li jindunaw u jirreaġixxu għal riskju reali tagħti lill-ġenituri, lill-pjattaformi u lill-forzi tal-ordni aktar opportunitajiet biex jidentifikaw mġiba ta’ theddid u jaġixxu qabel ma tiżdied jew saħansitra sseħħ xi ħsara.
Dak hu importanti peress li meta ż-żgħażagħ jiġu mkeċċija minn pjattaformi responsabbli li jirrispettaw il-valuri, huma ma jimxux lejn ambjent newtrali fuq l-internet. F'ħafna każijiet, imorru f'postijiet li huma aktar riskjużi, fejn il-kontenut mhux iffiltrat jew fejn jintwera f'ġuriżdizzjonijiet li jistgħu jaħarbu minn investigazzjonijiet tal-forzi tal-ordni. F'dawk l-ambjenti, il-ġenituri, il-pjattaformi u l-forzi tal-ordni għandhom modi limitati biex jirreaġixxu malajr.
Kif Jidhru l-Investimenti tas-Sigurtà fil-Prattika
Ix-xogħol kurrenti tiegħi saħħaħ din l-istess lezzjoni.
F'Snap, rajt x'inhi d-dehra tagħha meta kumpanija tipprova tibni l-karatteristiċi tas-sigurtà direttament fl-esperjenza tal-prodott, aktar milli tittratta s-sigurtà bħala xi ħaġa sekondarja. Għal utenti iżgħar, dan jinkludi għażliet tad-disinn u miżuri ta' protezzjoni maħsuba biex inaqqsu r-riskju, mhux sempliċement jirreaġixxu għalih. Jinkludi miżuri ta' protezzjoni awtomatiċi aktar b'saħħithom għall-adolexxenti, restrizzjoni estensiva fuq fuqbilli jillimitaw b'mod estensiv imitazzjoni estensivaespożizzjoni wiesgħa u l-ħolqien ta' għodod li jagħtu lill-familji aktar informazzjoni utli dwar kif iż-żgħażagħ qegħdin jużaw is-servizz.
Daqstant ieħor importanti, dan jirrifletti prinċipju bażiku li leġislaturi għandhom iżommu f'moħħhom: hemm differenza sinifikanti bejn li żżomm lill-adoloxxenti f'ambjenti li għandhom sistemi ta' sigurtà, għejun ta' rappurtar, għodod għall-ġenituri, u strutturi ta' kontabbiltà, u li timbottahom lejn spazji fejn dawk il-protezzjonijiet jistgħu ma jeżistu xejn.
Iċ-Ċentru tal-Familja ta' Snapchat huwa eżempju wieħed ta’ dik il-filosofija. Jagħti lill-ġenituri u lil min jieħu ħsiebhom aktar għarfien dwar ma’ min qed jikkomunika ż-żagħżugħ tagħhom, liema ħbieb ġodda żiedu, kif iqattgħu l-ħin tagħhom fuq Snapchat, ċerti settings ta’ privatezza u ta' sigurtà, għażliet li jaqsmu l-post fejn qedgħin u indikaturi oħrajn li jistgħu jgħinu familja tinduna bi problemi potenzjali kmieni u tibda konversazzjonijiet qabel. Dawn l-għodda ma jeliminawx kull riskju. Madankollu, joħolqu viżibbiltà u opportunitajiet ta' intervent.
Il-Konsegwenza Mhux Mistennija li l-Leġislaturi Għandhom Jikkunsidraw
L-ispekulazzjoni fundamentali b'rispett għal bosta proposti ta' projbizzjoni abbażi l-età hija li t-tneħħija ta' minuri minn pjattaformi populari tneħħi r-riskju.
L-esperjenza tiegħi turi evidenza ta' xi ħaġa differenti. Ir-riskju ma jgħibx. Ir-riskju jimxi minn post għall-ieħor.
Il-leġislaturi għandhom jiffukaw inqas fuq kif se jwaqqfu ż-żgħażagħ milli jużaw il-pjattaformi u aktar fuq kif jagħmlu l-pjattaformi aktar siguri. Dan ifisser disinn ta’ prodotti b’protezzjonijiet xierqa għall-età, li nagħtu għodod sinifikanti lill-ġenituri, l-investiment f’timijiet ta’ fiduċja u sikurezza, it-titjib tas-sistemi ta’ rappurtar u sejbien, il-kooperazzjoni mal-forzi tal-ordni, iż-żieda fit-trasparenza, u li niżguraw li ż-żgħażagħ jirċievu edukazzjoni dwar il-litteriżmu diġitali. Dawn il-miżuri jindirizzaw riskju potenzjali direttament filwaqt li jipprovdu għodod sinifikanti, l-abbiltà li jiġu identifikati l-problemi, u li wieħed jintervjeni qabel ma kwalunkwe ħsara teskala.
Is-Sigurtà Qabel is-Simboliżmu
Il-ħarsien taż-żgħażagħ fuq l-internet huwa wieħed mill-aktar sfidi politiċi importanti taż-żmien tagħna. Iżda politika effettiva teħtieġ aktar minn intenzjonijiet tajba. Jeħtieġ fehim ta’ kif in-nies tassew iġibu ruħhom.
L-esperjenza tiegħi fl-investigazzjoni tal-isfruttament tat-tfal, il-parteċipazzjoni f'operazzjonijiet moħbija, it-tmexxija ta' organizzazzjoni għas-sigurtà tat-tfal, ix-xhieda quddiem il-Kungress u issa x-xogħol f’kumpanija tat-teknoloġija wassluni għal konklużjoni waħda: it-tfal jistħoqqilhom esperjenzi fuq l-internet aktar siguri, mhux soluzzjonijiet ta' politika li sempliċement iwarrbuhom 'il bogħod mill-għajnejn.
It-tweġiba mhijiex biss biex tneħħi ż-żgħażagħ mill-pjattaformi fejn diġà hemm l-investimenti għas-sigurtà. It-tweġiba hi l-ħolqien u t-talba għal ambjenti diġitali fejn is-sikurezza, il-kontabbiltà u l-intervent ikunu integrati fl-esperjenza nnifisha. L-għan m’għandux ikun is-simboliżmu. L-għan għandu jkun is-sigurtà. U dawk mhux dejjem huma l-istess ħaġa.
— John Pizzuro, Kap tal-Politika dwar il-Forzi tal-Ordni u s-Sigurtà, Snap Inc.