Snap Values

Ġenituri fid-dinja diġitali: Snap tniedi gwida għar-Renju Unit dwar is-‘sigurtà onlajn’

9 ta' Settembru 2024

Hekk kif tibda s-sena skolastika ġdida, importanti li l-adoloxxenti jkunu kuntenti u jirnexxu fil-ħbiberiji tagħhom, kemm online kif ukoll offline. 

Snapchat, flimkien ma' Childnet, l-għaqda tal-karità li taħdem fil-qasam tas-sigurtà tal-internet tar-Renju Unit, ħolqot gwida ġdida għall-ġenituri biex tgħinhom jitħaddtu ma' wliedhom b'mod ġenwin u onest dwar is-sigurtà online.

Il-gwida ta' SnapSavvy, li tista' taqra
hawnhekk
tinkludi suġġerimenti u pariri biex tappoġja lill-familji biex ikollhom dawn il-konversazzjonijiet importanti, u biex tgħin lill-ġenituri jitgħallmu aktar dwar l-għodod u l-faċilitajiet tas-sigurtà ta' Snapchat għall-protezzjoni tal-utenti adoloxxenti, inkluż iċ-Ċentru tal-Famija.

Riżultati inizjali mir-riċerka l-iktar riċenti mwettqa minn Snapchat għall-Indiċi tal-Benesseri Diġitali (DWBI), li stħarrġet adoloxxenti, żgħażagħ u ġenituri f'sitt pajjiżi dwar l-esperjenza tagħhom fuq l-apps, il-pjattaformi u s-servizzi kollha - mhux Snapchat biss - juru li l-ġenituri qed jagħmlu sforzi ikbar biex inaqqsu r-riskji fuq l-internet. 

Kważi nofs il-ġenituri mir-Renju Unit li ħadu sehem fl-istħarriġ (44 fil-mija) issa regolarment jistaqsu lill-adoloxxenti tagħhom dwar l-attivitajiet tagħhom online, żieda ta' 8 punti perċentwali meta mqabbla mas-sena li għaddiet.

L-adolexxenti nfushom stess qed isiru aktar konxji dwar is-sigurtà online. Skont ir-riċerka tad-DWBI minn Ġunju 2024, kważi żewġ terzi (62 fil-mija) ta’ dawk li għandhom bejn it-13 u s-17-il sena jgħidu li fittxew l-għajnuna wara li ltaqgħu ma' riskji fuq l-internet, żieda ta' 6 punti perċentwali meta mqabbla mas-sena ta' qabel.

Madankollu, ir-riċerka wriet ukoll xejra li tħassibna: juri li hemm probabbilità inqas li l-adolexxenti jirrappurtaw ir-riskji iktar serji fuq l-internet lill-ġenituri tagħhom. 

Barra minn hekk, madwar 21 fil-mija tal-ġenituri ammettew li ma kienux ċerti kif għandhom iżommu għajnejhom b'mod effettiv fuq l-għemil ta' wliedhom fuq l-internet. 


Aqra l-gwida ta' SnapSavvy
u żur il-mikrosit tagħna parents.snapchat.com għal aktar gwida u riżorsi għall-ġenituri.

Lura għall-Aħbarijiet