New Research Shows Australian Parents Worry Under-16 Ban Won’t Make Teens Safer
F'Diċembru tal-2025, l-Awstralja kienet l-ewwel pajjiż fid-dinja li pprojbixxiet lil dawk kollha taħt is-16-il sena milli jaċċessaw għadd partikolari ta' pjattaformi tal-midja soċjali, fosthom Snapchat.
Il-liġi tal-Età Minima Meħtieġa għall-Użu tal-Midja Soċjali teskludi pjattaformi li jintużaw għall-messaġġi. u billi l-pjattaforma tagħna tintuża primarjament bħala pjattaforma tal-komunikazzjoni, nemmnu li Snapchat m'għandhiex tkun affettwata mit-tali projbizzjonijiet. Madanakollu, aħna xorta mxejna mal-liġi billi sakkarna jew tfejna iktar minn 450,000 kont ta' Snapchat Awstraljan. Aħna qed inkomplu nżommu għajnejna fuq kontijiet addizzjonali li jitneħħew ta' kuljum u naħdmu mal-Kummissarju tas-Sigurtà Diġitali Awstraljan biex jissodisfaw ir-rekwiżiti mitlub minn dil-liġi.
Il-mistoqsija issa hija, din il-projbizzjoni se tgħin lill-adoloxxenti Awstraljani jkunu iktar siguri u ttejjeb il-benesseri tagħhom fl-aħħar mill-aħħar?
Filwaqt li għandna l-istess għan li għandhom il-ġenituri u l-leġiżlaturi madwar id-dinja — biex nżommu lill-adoloxxenti siguri fuq l-internet — nixtiequ niżguraw li dak kollu li qed nagħmlu bħala kumpanija u l-għażliet li l-gvernijiet qed jagħmlu biex iħarsu lill-adulti żgħar qed jiksbu l-effetti mixtieqa.
Biex nifhmu iktar dwar kif il-projbizzjoni ġewwa l-Awstralja qed taffettwa ħajjet l-adoloxxenti u l-ġenituri s'issa, awtorizzajna lill-YouGov biex jistħarreġ 500 ġenitur ta' adoloxxenti Awstraljani (etajiet bejn it-13 u 17-il sena), wara li għaddew madwar għaxar ġimgħat minn meta r-restrizzjonijiet daħlu fis-seħħ. Dan huwa dak li ħareġ mir-riċerka:
L-ikbar tħassib fost il-ġenituri hu li l-adoloxxenti tagħhom se jduru għall-pjattaformi inqas siguri. Iktar minn 4 minn kull 5 ġenituri jinkwetaw li l-adoloxxenti tagħhom se jduru għall-pjattaformi li huma itqal biex tgħassishom. 20% minnhom jgħidu li din il-ħaġa diġà seħħet u 60% ta' dawk il-ġenituri mħassba li l-pjattaformi l-ġodda jġibu magħhom riskji ikbar. Inqas minn nofs (47%) ta' dawk il-ġenituri jemmnu li dawk il-pjattaformi l-ġodda għandhom għodda għall-ġenituri addattati. Il-ġenituri qalulna li l-iktar pjattaformi li bdew jużaw l-adoloxxenti huma WhatsApp (65%), Messenger (49%), Discord (34%) u Roblox (32%) — pjattaformi li (għal raġunijiet li ma naqblux magħhom) ma jaqgħux taħt il-projbizzjoni tal-liġi.
Il-ġenituri mħassba li l-projbizzjoni qed tolqot il-pjattaformi l-ħżiena. 77% tal-ġenituri huma konxji li r-restrizzjonijiet jgħoddu għal xi pjattaformi imma mhux għal oħrajn. Fost dak il-grupp, 42% minnhom jemmnu li kemm il-pjattaformi restritti u dawk mingħajr restrizzjonijiet huma ugwalment ħżiena għall-adolexxenti, filwaqt li 9% minnhom jemmnu li l-pjattaformi mingħajr restrizzjonijiet jistgħu fil-fatt ikunu ta' ħsara ikbar.
Għalkemm il-ġenituri jaqblu mal-idea tal-limitazzjonijiet bħala prinċipju, huma dubjużi jekk hux qed jaħdmu fil-verità. 73% ta' ġenituri Awstraljani jaqblu mal-limitazzjonijiet għal dawk taħt l-età tas-16-il sena, imma 11% minnhom biss jgħidu li din il-liġi qed tilħaq l-għanijiet tagħha "mingħajr ebda dubju" u 13% biss jemmnu bis-sħiħ li dawn ir-restrizzjonjiet jistgħu jiġu implimentati. Iktar minn nofshom iħossu li dawn ir-restrizzjonijiet ftit li xejn iħossu li dawn ir-restrizzjonijiet se jkunu effettivi jistgħu jiġu implimentati.
Il-ġenituri ma jemmnux li l-liġi taħdem u jaħsbu li hemm ħafna problemi fl-implimentazzjoni tagħha. 70% jemmnu li r-restrizzjonjiet ħafif ħafna biex iddur mal-limitazzjonijiet u kważi 4 minn kull 5 ġenituri mħassba għax il-liġi twassal biex ħafna jemmnu li wliedhom huma iktar imħarsa fuq l-internet milli fil-fatt huma. Dan mhuwiex biss tħassib mingħajr raġuni: 62% minnhom ħabbtu wiċċhom ma' mill-inqas problema waħda dwar kif qed jaħdmu l-limitazzjonijiet, fosthom 22% li qalu li l-adoloxxenti tagħhom diġà sabu mod kif jużaw il-pjattaformi limitati. U mhumiex il-ġenituri biss li mħassba – 32% tal-ġenituri mħassba qalu li anki l-adoloxxenti tagħhom tkellmu dwar dawn il-problemi magħhom.
Dawn ir-riżultati magħduda flimkien iwassluna għal punt ewlieni: il-projbizzjonijiet ġenerali qegħdin jgħattu l-problema, qed jagħtu sens ta' sigurtà qarrieqi lill-ġenituri u l-adoloxxenti qed jużaw pjattaformi oħra biex isibu l-komunitajiet u t-tifkiriet li tilfu meta ħaddieħor beda jimponilhom dawn il-limitazzjonijiet. Biex inżommu liż-żgħażagħ tagħna siguri fuq l-internet neħtieġu sistemi maħsuba u msejsa fuq il-provi u minflok noħolqu sitwazzjonijiet jafu jwasslu għal problemi ġodda, għandna ngħinu lill-ġenituri jieħdu ħsieb il-benesseri tal-adoloxxenti tagħhom.
Snapchat għadha temmen fil-ħidma mal-gvernijiet, mal-ġenituri u mal-esperti tas-sigurtà madwar id-dinja biex tfassal politiki u ħarsien mibni fil-pjattaforma tagħna li vera jħares liż-żgħażagħ. Issa li iktar pajjiżi qed iqisu jdaħħlux fis-seħħ liġijiet għall-ħarsien fuq l-internet, nittamaw li dawn ir-riżultati jwasslu biex huma u jqisu kif l-aħjar iħarsu lill-adoloxxenti fuq l-internet, il-leġiżlaturi jqisu l-provi u l-konsegwenzi li jinbtu minn dawn il-liġijiet ir-reqqa.
Metodoloġija
Dir-riċerka kienet awtorizzata minn Snap u twettqet minn YouGov. L-intervisti saru fuq l-internet bejn it-13 ta' Frar u d-19 ta' Frar tal-2026, fost kampjun nazzjonali ta' n=500 Ġenituri ta' Adoloxxenti Awstraljani (etajiet bejn it-13 u s-17-il sena). Ir-riżultati għandhom żbalji ta' +/- 4.5 punti perċentwali minħabba d-daqs tal-kampjun b'livell t'kunfidenza ta' 95%.