Jum il-Privatezza tad-Dejta: L-Impenn Kontinwu Tagħna għall-Ħarsien tal-Privatezza u tas-Sigurtà tal-Kontijiet
26 ta' Jannar 2024
Jum il-Privatezza tad-Dejta: L-Impenn Kontinwu Tagħna għall-Ħarsien tal-Privatezza u tas-Sigurtà tal-Kontijiet
26 ta' Jannar 2024
Il-Privatezza dejjem kienet waħda mis-sisien tal-ħidma ta' Snap u għalina, il-ħarsien tal-privatezza għandu jkun wieħed ħafif ħafna: proċess ċar, fejn nagħtu l-għażla lill-utenti u fejn niżguraw li l-komunità tagħna tiġi l-ewwel. Mill-bidu nett, Snapchat għenet lin-nies jikkomunikaw mal-ħbieb tagħhom permezz għal taħditiet privati, xi ħaġa li nafu li l-iSnapchatters ifittxu biex ikunu iktar komdi jesprimu ruħhom.
Għal Jum il-Privatezza tad-Dejta, ninsabu ħerqana li nistgħu naqsmu magħkom il-Politika tal-Privatezza aġġornata tagħna, nenfasizzaw ir-riżorsi maħsuba għall-ġenituri u nipprovdu pariri fuq kif tħares is-sigurtà tal-kont.
Biex inkunu iktar ċari u trasparenti dwar kif niġbru u nużaw id-dejta tal-iSnapchatters, ktibna l-Politika tal-Privatezza tagħna mill-ġdid. Aħna nemmnu li l-politiki tal-privatezza m'għandhomx ikunu tqal biex taqrahom u kulħadd għandu jkun jista' jifhimhom — kemm l-adoloxxenti kif ukoll l-adulti. Għalhekk nippruvaw ma nużawx kliem tqil, nagħtu tifsira tal-kliem tekniku meta jkun jeħtiġilna nużawh u nagħtu taqsira ta' dak li jkun se jingħad qabel kull taqsima. Nixtiequ nagħmluhielek eħfef li tifhem kif tista' tikkontrolla d-dejta personali tiegħek — bħal, ngħidu aħna, kif tikseb, tniżżel u tħassar din id-dejta — u għalhekk il-Politika tal-Privatezza tagħna issa tibda billi turi l-modi differenti ta' kif l-iSnapchatters jistgħu jikkontrollaw l-informazzjoni tagħhom. Nistednuk taqraha!
Riżorsa tajba oħra għall-informazzjoni dwar il-privatezza hija ċ-Ċentru tal-Privatezza u s-Sigurtà tagħna — post wieħed minn fejn tista' tifhem il-politiki, ir-riżorsi u l-għodod tagħna, fejn tista' tifhem aħjar kif inħarsu d-dejta personali tal-iSnapchatters u fejn l-iSnapchatters jitgħallmu x'jistgħu jagħmlu biex iħarsu lilhom infushom. Il-ġenituri jistgħu jżuru s-sit maħsub għall-ġenituri biex isibu materjal bħall-Gwida ta' Snapchat għall-Ġenituri u kif jistgħu jixgħelu ċ-Ċentru tal-Familja, l-għodda tagħna biex nagħtu iktar kontroll lill-ġenituri. Dalwaqt, iċ-Ċentru tal-Privatezza u s-Sigurtà se jkun jista' jinfetaħ direttament mill-paġna tal-profil My AI, u minn dis-sena, il-ġenituri se jkunu jistgħu jitfu My AI miċ-Ċentru tal-Familja.
Dal-aħħar nedejna wkoll għadd ta' riżorsi maħsuba għas-sigurtà tal-kont, li hija waħda mill-iktar ħwejjeġ importanti għall-privatezza tal-utenti. Dil-ġimgħa, nedejna paġna apposta fiċ-Ċentru tal-Privatezza u s-Sigurtà tagħna b'pariri fuq kif il-ħarsien tal-privatezza u s-sigurtà jaħdmu id f'id, b'filmat bl-isem ta' Safety Snapshot b'istruzzjonijiet ta' kif tivverifika l-indirizz tal-email u n-numru tal-mowbajl tiegħek fuq Snapchat u Lenti apposta bit-tema ta' Jum il-Privatezza tad-Dejta li għandha pariri dwar is-sigurtà integrati magħha. Il-Lenti, li fassalnieha id f'id ma' waħda mill-għaqdiet tal-privatezza ewlenin, Future Privacy Forum (FPF), taqsam għadd ta' pariri mal-iSnapchatters dwar l-aħjar metodi biex jipproteġu l-privatezza tagħhom fuq l-internet.
Nissuġġerulek tqatta' ftit ħin biex tirrevedi l-għażliet tiegħek illum, biex tqawwi s-sigurtà tal-kont tiegħek u biex taqsam il-Lenti u l-iStickers tal-privatezza tagħna mal-ħbieb tal-qalb u mal-familja tiegħek!
Nixtiqulek Jum il-Privatezza tad-Dejta mill-Aqwa!