Applikazzjonjiet Jinfetħu għall-Ewwel Kunsill għall-Benesseri Diġitali ta' Snap!
9 ta' Jannar 2024
Applikazzjonjiet Jinfetħu għall-Ewwel Kunsill għall-Benesseri Diġitali ta' Snap!
9 ta' Jannar 2024
Sejħa għall-adoloxxeni ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka! Hawn hi opportunità unika biex issemmgħu leħinkom dwar is-sigurtà u l-ħajja fuq l-internet. Fis-seħħ mil-lum Snap qed taċċetta l-applikazzjonijiet għall-ewwel Kunsill għall-Benesseri Diġitali tagħna, programm ta' prova għal 18-il xahar maħsub għall-adoloxxenti ta' bejn it-13 u s-16-il sena li joqogħdu ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka.
Ġen. Ż hija ġenerazzjoni diġitalment attiva, għaqlija u b'ħiliet kbar, u għalhekk, aħna ta' Snap nixtiequ nifhmu l-istrateġiji li jużaw biex jirnexxu fuq l-internet filwaqt li ngħinuhom jkollhom benesseri diġitali mill-aqwa. Ħerqanin ukoll nisimgħu l-ideat ta' dil-ġenerazzjoni fuq kif nistgħu nagħmlu Snapchat post iktar sigur, aħjar u isbaħ biex tkun kreattiv u tiltaqa' ma' sħabek. Nifhmu li l-internet jista' jkun post miżgħud bir-riskji u għalhekk nixtiequ niżguraw li l-adoloxxenti jifhmu, jagħrfu u jkollhom il-ħiliet meħtieġa biex jilqgħu kontra dawk ir-riskji. Għalhekk għażilna li nniedu dan il-kunsill bi prova: biex nifhmu x'jaħsbu l-adoloxxenti tal-pajjiż fuq il-ħajja fuq l-internet tal-lum, kif ukoll it-tamiet u fehmiet tagħhom għal esperjenzi isbaħ li jagħtu sodisfazzjonijiet ikbar.
Dsn il-programm se jinkludi laqgħat virtwali darba fix-xahar, ħidma fuq proġetti u taħditiet mal-Bord Konsultattiv għas-Sigurtà ġenerali tagħna. Għal din l-ewwel sena, se nistiednu lill-membri tal-kunsill li nkunu għażilna biex iżuru l-kwartieri ġenerali ta' Snap ġewwa Santa Monica, Kalifornja, għal konferenza ta' jumejn u, għat-Tieni Sena beħsiebna norganizzaw avveniment iktar pubbliku, fejn inlaqqgħu lill-pubbliku mal-membri tal-kunsill biex jaqsmu l-għarfien tagħhom u dak li tgħallmu.
Applika biex tingħaqad mal-Kunsill għall-Benesseri Diġitali tagħna
L-adoloxxenti ta' bejn it-13 u s-16-il sena li joqogħdu ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka li huma nteressati biex japplikaw għandhom jimlew u jibgħatu dil-applikazzjoni onlajn sas-01:00 (ħin ta' Malta) tal-Ġimgħa, 22 ta' Marzu 2024.
Minbarra xi informazzjoni bażika, l-applikazzjoni titlob li jew komponiment jew filmat qasir jintbagħtu bħala risposta għal xi mistoqsijiet dwar l-użu tal-midja soċjali u mistoqsijiet ġenerali dwar il-ħajja fuq l-internet, kif ukoll xi mistoqsijiet dwar x'inhu mistenni mill-kunsill bħala esperjenza u familjarità mas-servizzi ta' Snapchat u l-kumpanija Snap u l-għanijiet u t-twemmin tagħhom.
Konferenza ta' jumejn fl-Ewwel Sena
Wara li l-kumitat maħtur mill-kumpanija tagħna jqis u jagħżel l-applikazzjonijiet, se nistiednu xi 15-il adoloxxent minn madwar l-Istati Uniti tal-Amerka biex jingħaqdu mal-ewwel kunsill, fejn jilħqu l-qofol tagħhom matul l-Ewwel Sena fi vjaġġ ta' jumejn għal kull membru tal-kunsill u ġenitur, gwardjan legali jew xi ħadd ieħor li jieħu ħsiebu, għal konferenza fil-kwartieri ġenerali tal-kumpanija tagħna. Snap se tħallas il-biljetti tal-ajru, il-post fejn toqgħod, l-ikliet u l-ispejjeż l-oħra marbuta mal-ivjaġġar.
Matul il-konferenza se jkun hemm taħditiet kemm fi gruppi żgħar kif ukoll bejn il-kunsill kollu, attivitajiet apposta għall-gwardjani legali u għal min ikun qed jieħu ħsieb lill-membri tal-kunsill, laqgħat interattivi ma' kelliema mistiedna, laqgħat mal-mexxejja ta' Snap u attivitajiet ta' divertiment. Wara l-konferenza nittamaw li l-membri tal-kunsill u l-adulti li sponsorjawhom ikunulna ambaxxaturi għall-benesseri diġitali u għall-imġiba tajba fuq Snapchat fl-iskejjel u fil-komunitajiet tagħhom. Iktbilna fuq platform-safety@snapchat.com jekk għandek xi mistoqsijiet dwar il-kunsill jew dwar l-attivitajiet li beħsiebna norganizzaw.
Biex issir taf iktar dwar l-impenn u l-ħidma ta' Snap b'rabta mas-sigurtà ġenerali fuq l-internet, żur iċ-Ċentru tal-Privatezza u s-Sigurtà tagħna. Meta tkun hemm, nissuġġerulek taqra r-riżultati tal-aħħar riċerka li wettaqna madwar id-dinja dwar il-benesseri diġitali ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka u ħames pajjiżi oħra li se nippubblikaw nhar is-6 ta' Frar 2024, Jum għall-Internet Iktar Sigur. Qed nistennew ir-rebbiegħa bil-ħerqa biex inkunu nistgħu naqsmu magħkom l-aħbar dwar il-membri tal-kunsill li għażilna!
- Jacqueline Beauchere, Kap Dinji għas-Sigurtà tal-Pjattaforma