Snap & The Alliance to Prevent Drug Harms
July 11, 2024
Snap & The Alliance to Prevent Drug Harms
July 11, 2024
Snap kburija li llum qed tingħaqad ma' żewġ kumpaniji tat-teknoloġija oħra, mal-gvern u mal-Ġnus Magħquda (UN) biex flimkien inniedu The Alliance to Prevent Drug Harms, sħubija pubblika-privata ffukata fuq it-tfixkil tal-attività illeċita tad-droga onlajn u l-irduppjar tat-tqajjim ta' kuxjenza u sforzi edukattivi, kemm onlajn kif ukoll offlajn.
Matul iċ-ċerimonja li ttellgħet fl-Ambaxxata Amerikana għall-Ġnus Magħquda ġewwa New York iktar kmieni llum, id-Dipartiment tal-Istat Amerikan u sħabna ta' Meta u X iffirmaw ftehim bħala l-fundaturi ta' din l-idea li se titmexxa bl-għajuna tal-Uffiċċju tan-NU għad-Droga u l-Kriminalità (UNODC).
Grazzi speċjali lil Linda Thomas-Greenfield, l-Ambaxxatriċi Amerikana għall-Ġnus Magħquda, l-Ambaxxatur Christopher Lu, id-Deputat Assistent Segretarju Maggie Nardi, ir-rappreżentanti tal-UNODC u l-kumpaniji tat-teknoloġija. Inħeġġu lill-pjattaformi u s-servizzi tat-teknoloġija l-oħra sabiex jingħaqdu magħna f'din il-ġlieda importanti kontra problemi li jolqtu lis-soċjetà kollha u li jeħtiġuna naħdmu lkoll flimkien bl-istess għan.
Tabilħaqq, kif tinnota l-Amministrazzjoni tal-Infurzar tad-Droga tal-Istati Uniti fuq il-websajt tagħha, netwerks kriminali tad-droga qed jabbużaw mill-pjattaformi tal-midja soċjali biex jespandu l-firxa tagħhom, joħolqu swieq ġodda, u jimmiraw klijentela ġdida. Tabilħaqq, il-kriżi tal-fentanil fl-Istati Uniti laħqet proporzjonijiet epidemiċi. Aktar minn 100,000 persuna f’dan il-pajjiż mietu b’dożi eċċessivi ta’ droga fi 12-il xahar bil-fentanil ikun is-sewwieq primarju. Sfortunatament, smajna stejjer ta’ qsim il-qalb li jagħtu dettalji dwar xi wħud minn dawk it-traġedji. Huwa devastanti - għall-ġenituri u l-familji, għalina fi Snap, u għas-soċjetà globali tagħna.
Meta wieħed jiġi biex jikkomunika ma' sħabu ta' vera, nafu li Snapchat hija l-pjattaforma mfittxija mill-adoloxxenti u ż-żgħażagħ tal-Istati Uniti tal-Amerka u għadd ta' pajjiżi oħra madwar id-dinja. Snapchat tintuża minn 90% tan-nies ta' bejn 13 u 24 sena f'dan il-pajjiż. Aħna nirrikonoxxu li atturi ħżiena se jippruvaw jużaw ħażin u jabbużaw mill-pjattaforma tagħna biex jilħqu din l-udjenza vulnerabbli u impressjonabbli.
Sa mill-2021, minn meta l-Istati Uniti tal-Amerka bdiet tara żieda fit-traġedji miġjuba mill-fentanil, Snap kienet qed tiġġieled kontra l-abbuż tal-pjattaforma tagħna għal għanijiet bħal dawn. Daħħalna fis-seħħ strateġija għall-kumpanija kollha tagħna biex nagħmlu Snapchat post li jbiegħed lit-traffikanti tad-droga milli jaħdmu fuqha u li jrażżnu l-kontenut marbut mad-drogi. Fost il-ħidma li wettaqna hemm il-ħolqien u d-dħul fis-seħħ ta' teknoloġija li minn rajha tagħraf il-kontenut marbut mad-drogi illegali u l-għemil marbut mad-drogi, żidna l-għajnuna li nagħtu lill-forzi taż-żamma tal-ordni fl-investigazzjonijiet tagħhom u żidna l-għarfien dwar dawn ir-riskji u l-perikli li jafu jwasslu għat-telf tal-ħajja kemm tal-iSnapchatters fuq l-app tagħna kif ukoll tal-pubbliku ġenerali.
Biex inkomplu ntejbu l-ħidma li konna diġà bdejna fi ħdan il-kumpanija tagħna fil-bidu tal-2022, bdejna naħdmu ma' Meta biex nifhmu kif qed jixtered il-kontenut u l-għemil marbut mad-drogi fuq iż-żewġ pjattaformi u x'sinjali nistgħu nfittxu biex insibuh. Sentejn wara, dak il-programm se jservi bħala biċċa ċentrali fost il-kumpaniji tat-teknoloġija, u javvanza l-ewwel mit-tliet għanijiet tal-Alleanza l-ġdida:
Kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn l-industrija biex tfixkel l-attività tad-droga onlajn illeċita u ta’ ħsara
Sforzi ta' sensibilizzazzjoni u edukattivi — kemm onlajn kif ukoll offlajn — biex jiġi evitat l-użu mhux mediku ta' drogi sintetiċi
Li naħdmu ma' kumpaniji oħra f'għadd ta' setturi biex inniedu kampanji u għodod bl-għan li kemm nevitaw l-overdoses kif ukoll li ngħinu lil dawk li qed ifittxu l-għajnuna b'xi trattament
Aħna ta' Snap ta' sikwit ngħidu li għalkemm il-ħidma tagħna f'dan il-qasam mhux se tintemm qatt, iżda aħna mħeġġa li r-rieda kollettiva ta' din l-Alleanza se tagħmel pass kuraġġuż u sinifikanti fid-direzzjoni t-tajba.
- Jacqueline Beauchere, Snap Global Head of Platform Safety