Ħsara Serja
Sensiela ta' Taħriġ dwar ir-Regoli tal-Komunità
Aġġornat: Marzu 2026
Is-sigurtà ta' Snapchatters hija ta' prijorità għolja. Aħna nittrattaw imġiba li thedded is-sigurtà tal-komunità tagħna b'serjetà kbira, partikolarment meta t-theddida ta' ħsara tkun severa. Aħna nqisu ħsara severa biex tinkludi kemm (1) ħsarat li jirriskjaw ħsara sinifikanti għall-benesseri fiżiku jew emozzjonali ta' Snapchatters, kif ukoll (2) ir-riskju imminenti u kredibbli ta' ħsara severa, inkluż theddid għall-ħajja umana, is-sigurtà u l-benesseri. Aħna nikkollaboraw ma' esperti, gruppi ta' sigurtà, u forzi tal-ordni dwar dawn is-suġġetti sabiex nedukaw aħjar lilna nfusna u lill-komunità tagħna, u biex nieħdu azzjoni xierqa fejn dawn it-theddid jistgħu jinqalgħu fuq il-pjattaforma tagħna.
Ċerti kategoriji ta’ kontenut u mġiba—bħall-isfruttament sesswali tat-tfal, attività relatata mat-terroriżmu, il-promozzjoni ta’ drogi jew armi perikolużi u illeċiti, traffikar tal-bnedmin, u mġiba kriminali serja oħra—spiss jilħqu dan l-istandard, minħabba s-severità u l-immedjatezza tar-riskji involuti. Aħna nqisu li dawn it-tipi ta' ħsara jistħoqqilhom livell ogħla ta' skrutinju, kif ukoll konsegwenzi rapidi, stretti u permanenti għall-kontijiet li jiksru r-regoli.
Meta nidentifikaw Snapchatters li jkunu qed jieħdu sehem f'dawn l-attivitajiet li ġejjin, minnufih inneħħu il-kontenut rilevanti, niddiżattivaw il-kontijiet tagħhom u, f'xi każijiet, nirreferu l-imġiba lill-forzi tal-ordni:
Attività li tinvolvi sfruttament jew abbuż sesswali, inkluż il-kondiviżjoni ta' immaġnijiet li juru sfruttament sesswali tat-tfal għall-iskop ta' gratifikazzjoni sesswali, grooming għal skopijiet sesswali, traffikar sesswali ta' tfal jew adulti, jew estorsjoni sesswali (sesstorsjoni)
Offerti ta' bejgħ, tpartit jew għajnuna fil-bejgħ tad-drogi perikolużi u kontra l-liġi
Theddid imminenti li jitwemmen għall-ħajja, għas-sigurtà u għall-benesseri tal-bnedmin li fosthom jaf ikun hemm għemil ta' estremiżmu vjolenti jew marbut mat-terroriżmu, traffikar tal-bnedmin, theddid tal-vjolenza partikolari (bħal theddida ta' bomba) jew għemil kriminali serju ieħor
Minbarra l-implimentazzjoni ta' konsegwenzi aktar stretti għal dawn il-ksur ta' regoli, nistgħu nużaw miżuri proattivi ta' skoperta biex nidentifikaw u nneħħu kontenut li jikser ir-regoli b'mod sever u serju aktar malajr, filwaqt li nirrispettaw ir-restrizzjonijiet applikabbli dwar il-privatezza. It-timijiet interni tagħna jaħdmu b'mod konsistenti ma' esperti biex jifhmu aħjar kif nistgħu niskopru u nillimitaw it-theddid, nipprevjenu l-ħsara, u nibqgħu infurmati dwar xejriet potenzjalment ta' ħsara. Ix-xogħol tagħna fuq dan is-suġġett qatt ma jintemm u se jkompli jevolvi mal-bżonnijiet tal-komunità tagħna. Nistednuk tirrapporta tħassib dwar is-sigurtà, iżżur iċ-Ċentru tas-Sigurtà tagħna, jew issir taf aktar dwar il-ħidma tagħna biex nindirizzaw kontenut ta' ħsara u nippromwovu l-benessri.