Dwar ir-Rapporti tat-Trasparenza
L-1 ta' Jannar 2023 – It-30 ta' Ġunju 2023

F'dan ir-Rapport tat-Trasparenza se nfissru kif niżguraw is-sigurtà u l-privatezza fuq il-pjattaforma tagħna. Minbarra li nirrappurtaw id-dejta tagħna, se nużaw dar-rapport biex infissru aħjar il-prinċipji, il-politiki u l-proċeduri tas-sigurtà tagħna u biex naqsmu l-ħoloq li jagħtu għal għadd ta' riżorsi dwar is-sigurtà u l-privatezza.

Storja tar-Rapporti tat-Trasparenza ta' Snap

Fl-2015 bdejna noħorġu r-Rapporti tat-Trasparenza biex nagħtu ħarsa importanti lejn il-volum u x-xorta ta' talbiet li nirċievu mingħand il-gvern għall-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-iSnapchatters u notifikazzjonijiet legali oħra.

Minn Novembru tal-2015 il-politika tagħna saret dik li ngħarrfu lill-iSnapchatters kull meta nirċievu notifikazzjoni legali li titlobna l-informazzjoni dwar il-kont tagħhom, ħlief meta l-liġi ma tħalliniex nagħmlu hekk jew meta jkun hemm xi ċirkostanzi eċċezzjonali (bħal pereżempju sfruttament sesswali tat-tfal jew riskju kbir ta' mewt jew korriment fiżiku serju).

Fl-2020 tejjibna r-Rapport tat-Trasparenza tagħna biex nagħtu ħarsa dettaljata lejn il-volum u x-xorta ta' kontijiet irrappurtati fuq Snapchat għal ksur tat-Termini tas-Servizz jew tar-Regoli tad-Dar. Tajna wkoll rendikont pajjiż b'pajjiż, disponibbli għall-pajjiżi kollha bħala fajl CSV li jista' jitniżżel mill-qarrejja tar-rapport. Fl-2021 wessajna l-kategoriji li nirrauppurtaw dwarhom biex żidna l-informazzjoni ħażina, notifikazzjonijiet marbuta mat-trademark / marka kummerċjali u r-Rata tal-Kontenut li Jikser ir-Regoli Muri.

Bħalissa qed naħdmu biex inkomplu ntejbu r-Rapport tat-Trasparenza tagħna skont ma hu meħtieġ minna mill-Att dwar is-Servizzi Diġitali. Din l-informazzjoni se tkompli żżid mal-informazzjoni li diġà nagħtu fir-Rapport tat-Trasparenza tagħna għall-ewwel nofs tal-2023 u fuq il-Paġna tat-Trasparenza għall-UE.

Iktar Riżorsi dwar is-Sigurtà u l-Privatezza

Snap impenjata li toħloq ekosistema ta' sigurtà fi ħdan il-pjattaforma tagħna. Hawn għandek ftit iktar riżorsi li jfissirlek u jgħarrfek dwar il-politika, l-għemil u l-perspettivi tagħna marbuta mas-sigurtà u t-trasparenza.  

Gwida għar-Rapport tat-Trasparenza ta' Snap

Ir-Rapporti tat-trasparenza jiġbru fihom ħafna informazzjoni li kultant il-ġenituri, dawk li jieħdu ħsieb lit-tfal u nies interessati oħra li jimpurtahom ħafna mis-sigurtà tal-komunità tagħna jafu jsibuha bi tqila biex jifhmuha sew. Din il-gwida tfasslet biex ngħinuk tifhem aħjar l-aħħar rapport tagħna u biex nagħmluhielek eħfef tifhem x'hemm ġdid dis-sena.

Iċ-Ċentru tas-Sigurtà

Snapchat hija pjattaforma għall-adoloxxenti li għandhom mill-inqas 13-il sena u nixtiequ li kemm l-utenti kif ukoll il-ġenituri tagħhom jifhmu kif jużaw l-app b'mod sigur u jifhmu wkoll il-ħarsien importanti li noffru u li għandhom ikunu jafu dwaru. Iċ-Ċentru tas-Sigurtà tagħna jagħti ħarsa lejn il-politiki tas-sigurtà, lista ta' riżorsi għas-sigurtà, għajnuna fuq kif tirrapporta t-tħassib fuq Snapchat u riżorsi oħra għall-ġenituri u dawk li jieħdu ħsieb lit-tfal. Minbarra dan, jiġbor fih ukoll informazzjoni dwar iċ-Ċentru tal-Familja ta' Snapchat, is-sistema tagħna biex tgħin lill-ġenituri jgħassu fuq uliedhom. 

Ir-Regoli tad-Dar

Ir-Regoli tad-Dar tagħna huma s-sisien tal-prinċipji tas-sigurtà tagħna u maħsuba biex ngħarrfu lill-utenti dwar kif għandhom jużaw Snapchat b'mod responsabbli. Wieħed mill-modi ta' kif inżommu Snapchat sigura huwa li ta' sikwit nerġgħu nduru r-Regoli tagħna biex nifhmu għadhomx jilħqu l-għan tagħhom.

Kif Tirrapporta mill-App

Filwaqt li t-timijiet tas-sigurtà u l-IA avvanzata tagħna jaħdmu 24 siegħa kuljum biex iżommu l-pjattaforma ta' Snapchat sigura, aħna noqogħdu wkoll fuqu l-utenti biex jirrappurtawlna t-tħassib tagħhom. Biex nagħmlu hekk noffru kemm għodod fl-app kif ukoll għodod fuq l-internet biex jirrappurtaw il-kontenut u l-utenti li jiksru l-politiki tagħna.  

Iċ-Ċentru tal-Familja

Iċ-Ċentru tal-Familja hija l-għodda għall-għassa mill-ġenituri tal-app tagħna li tgħin lill-ġenituri jifhmu aħjar ma' min qed jagħmluha l-adoloxxenti tagħhom fuq Snapchat u ma' min kienu qed jikkomunikaw mingħajr ma nikxfu l-kontenut ta' dawk it-taħditiet.

Il-Gwida għall-Ġenituri

Din il-gwida maħsuba biex ngħinu lill-ġenituri u lil dawk li jkunu qed jieħdu ħsieb lit-tfal biex jifhmu kif taħdem Snapchat, biex naqsmu magħhom is-sistemi ewlenin li nużaw biex inħarsu lill-adoloxxenti, biex ngħarrfuhom kif jużaw l-għodod tagħna biex jgħassu fuq uliedhom u biex inwieġbu l-iktar mistoqsijiet komuni.

Here for You

Il-benesseri u s-sigurtà tal-utenti tagħna jiġu l-ewwel għal Snap. Fl-app tagħna ħloqna għodod bħal Here for You biex, direttament mill-app, nagħtu lill-utenti tagħna riżorsi interessanti u li jista' jifhmu kulħadd ħalli ngħinu lill-iSnapchatters li jafu jkunu għaddejjin minn xi kriżi emozzjonali jew ta' saħħa tal-moħħ. 

Iċ-Ċentru tal-Privatezza

Snap tagħti importanza kbira lill-privatezza tiegħek. Kull darba li tuża Snapchat jew xi wieħed mill-prodotti jew mis-servizzi l-oħra tagħna, l-għan tagħna huwa li niksbu l-fiduċja tiegħek—għalhekk nieħdu ħsieb l-informazzjoni tiegħek aħjar mill-biċċa l-kbira tal-kumpaniji tat-teknoloġija l-oħra. Għalkemm il-prodotti u s-servizzi tagħna l-ħin kollu jinbidlu, il-prinċipji tal-privatezza li nħaddnu u l-impenn bis-serjetà li nħarsu l-privatezza tal-utenti ma jinbidlux.

Il-Gwida għall-Forzi tal-Ordni

Din il-gwida tagħti informazzjoni għall-uffiċjali tal-forzi tal-ordni li jixtiequ jiksbu r-reġistri ta' kont ta’ Snapchat (ċioè d-dejta tal-utent ta' Snapchat) mingħand Snap.

Blogg dwar is-Sigurtà u l-Impatt

Nedejna dan il-blogg f'April tal-2021 bil-għan li naqsmu materjal siewi ma' għadd ta' persuni interessati u attivisti li jixtiequ jsiru jafu aħjar kif naħdmu biex inħarsu s-sigurtà il-privatezza u l-benesseri tal-komunità ta' Snapchat tagħna.