Privatezza Permezz tas-Sigurtà

Diffiċli li jkollok sens ta' privatezza jekk ma tħossokx sigur ukoll. Huwa għalhekk li Snapchat jipprovdilek karatteristiċi bħal Verifika tal-Login (tip ta' awtentikazzjoni b'żewġ fatturi) biex jgħinuk iżżomm il-kont tiegħek sigur, u huwa għalhekk li nagħmlu sforzi konsiderevoli biex nassiguraw l-infrastruttura tagħna stess. Iżda hemm ukoll ftit passi addizzjonali li int tista' tieħu biex iżżomm il-kont ta’ Snapchat tiegħek aktar sigur:

Uża Password Sigura

Agħżel password twila, kumplessa u unika li tgħin biex timpedixxi atturi ħżiena milli jaqtgħu l-password tiegħek jew milli jużaw listi ta' passwords kompromessi biex jaċċessaw il-kont tiegħek. Biex tgħin tiżgura li l-kont tiegħek huwa sigur, ipprova kun kreattiv ħafna biex toħloq sentenza password twila bħal "Jien inħ0bb il-gall3ttinI tan-nAnnA!" (billi tuża ittri, numri u simboli speċjali) — u le, "Password123" mhix se tinganna lil ħadd. Jekk issibha diffiċli biex tiftakar il-passwords, ikkunsidra li tuża maniġer tal-passwords biex jiġġenera passwords siguri li ma tkunx teħtieġ tiftakarhom! Ikun xi jkun il-metodu tiegħek, ftakar: qatt taqsam il-password tiegħek ma' ħadd.

Uża Verifika tal-Login

Attiva l-Verifika tal-Login. Din hija karatteristika importanti li tuża awtentikazzjoni b'żewġ fatturi biex iżżid livell ogħla ta' sigurtà. Meta tuża l-Verifika tal-Login għandu mnejn timpedixxi lil xi ħadd li jkun kiseb (jew qata') l-password tiegħek milli jaċċessa l-kont tiegħek.

Ivverifika n-Numru tat-Telefown u l-Indirizz tal-Email Tiegħek

Ara li żżid in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-email tiegħek fil-kont tiegħek — b'hekk, ikollna aktar minn mod wieħed biex nikkuntattjawk. Dan huwa importanti speċjalment jekk tibdel in-numru tat-telefown tiegħek jew titlef l-aċċess tal-kont tal-email tiegħek. Mur hawn għal istruzzjonijiet dwar kif tivverifika n-numru tat-telefown u l-email tiegħek.

Tużax Apps ta' Partijiet Terzi Mhux Awtorizzati

Tużax apps ta' partijiet terzi mhux awtorizzati. Applikazzjonijiet u plugins (jew tweaks) ta' partijiet terzi mhux awtorizzati huma maħluqin minn żviluppaturi ta' software mhux affiljati ma' Snapchat u spiss isostnu li jżidu karatteristiċi jew funzjonalità addizzjonali ma' Snapchat. Iżda, dawn l-apps u l-plugins ta' partijiet terzi mhux awtorizzati mhumiex appoġġati jew permessi minn Snapchat billi kultant jistgħu jikkompromettu s-sigurtà tal-kont tiegħek u tal-kontijiet ta' Snapchatters oħrajn. Biex tkun sigur, uża biss l-applikazzjoni uffiċjali ta' Snapchat jew apps u plugins ta' partijiet terzi awtorizzati.

Aktar Suġġerimenti biex Iżżomm il-Kont Tiegħek Sigur

Int l-aħjar linja tad-difiża kontra atturi ħżiena! Hawn huma aktar suġġerimenti biex jgħinuk iżżomm il-kont tiegħek sigur:

  • Iżżidx numru tat-telefown jew indirizz tal-email fil-kont ta’ Snapchat tiegħek li mhux tiegħek. Jekk tagħmel dan, għandu mnejn tkun qed tagħti aċċess lil oħrajn għall-kont tiegħek. Jekk xi ħadd jitolbok iżżid in-numru tat-telefown jew l-indirizz tal-email tagħhom fil-kont tiegħek, għarrafna.

  • Tilloggjax fi Snapchat mill-apparat ta' xi ħadd ieħor. Jekk tagħmel dan, għandu mnejn tkun qed tagħtihom aċċess għall-kont tiegħek. Jekk tilloggja minn apparat li mhux tiegħek, dejjem ftakar biex tilloggja 'l barra wara!

  • Żid passcode jew passphrase b'saħħitha fuq l-apparat mobbli tiegħek jew, ferm aħjar, uża awtentikazzjoni bijometrika li tuża l-marka tas-saba' tiegħek jew wiċċek biex tiftaħ l-apparat tiegħek. Jekk m'għandekx dawn il-kontrolli addizzjonali attivati u l-apparat tiegħek jintilef, jinsteraq jew tħallih mitluq, xi ħadd ieħor għandu mnejn ikun jista' jaċċessa l-kontenut tal-kont ta’ Snapchat tiegħek.

  • Oqgħod attent(a) għal messaġġi suspettużi, speċjalment dawk li jippruvaw iġegħluk tikklikkja fuq links suspettużi — dawn jistgħu jwasslu għal sit web malizzjużi jew iqarrquk biex iddaħħal il-password tiegħek. Aħsibha sew qabel ma tikklikkja!

Għal aktar suġġerimenti dwar kif iżżomm ruħek sigur fuq Snapchat, mur hawn u abbona għal Safety Snapshot.