Il-Prinċipji tal-Privatezza Tagħna

Snap tagħti importanza kbira lill-privatezza tiegħek. Nifhmu li int u tuża Snapchat jew xi Servizzi jew prodotti oħra tagħna, inkunu qed niksbu l-fiduċja tiegħek ftit ftit.

Aħna ma nżommux il-messaġġi privati tiegħek u lanqas ma nuru pubblikament dak kull ħaġa li ppubblikajt. Snapchat tfasslet biex in-nies ikunu jistgħu jsibu biss dak li tixtieq taqsam, sakemm tixtieq taqsmu magħhom. Aħna nemmnu li dil-ħaġa tagħmel Snapchat tinħass iktar qisha taħdita mal-ħbieb milli sistema li tiftakar għal dejjem kull ħaġa li qatt għedt.

Anki jekk il-prodotti u s-Servizzi tagħna dejjem qed jinbidlu, il-prinċipji tal-privatezza tagħna jibqgħu dejjem l-istess:

Nagħtuk Informazzjoni Onesta u Ġenwina

Meta tuża s-Servizzi ta' Snap tkun qed taqsam l-informazzjoni magħna. Għalhekk, hija r-responsabbiltà tagħna li ngħinuk tifhem kif nużaw dik l-informazzjoni. Il-Politika tal-Privatezza tagħna tfisser kif niġbru, nużaw, naqsmu u nżommu l-informazzjoni — tista' taqra taqsira ġenerali minn hawn. Jekk tixtieq issir taf iktar kif xi faċilitajiet jużaw id-dejta tiegħek, Privatezza skont il-Prodott u s-Servizz tagħtik informazzjoni iktar dettaljata. Tista' ssib l-informazzjoni ta' kif il-faċilitajiet jużaw id-dejta direttament fl-apps u fis-Sit tal-Għajnuna tagħna. Jekk ma ssibx l-informazzjoni li teħtieġ, dejjem tista' tistaqsina!

A cell phone with a navigation arrow overlapping

Int Tagħżel Kif Tesprimi Ruħek

Aħna nemmnu li l-privatezza hija kruċjali biex dak li jkun jista' jesprimi ruħu u għalhekk nagħtuk is-setgħa tagħżel ma' min taqsam l-informazzjoni, kif taqsamha, kemm tista' ddum tinstab mill-iSnapchatters (u mill-bqija tad-dinja, jekk tagħżel hekk). Tista' tagħżel min jista' jsib l-iStory tiegħek, min minn sħabek jista' jsib il-Bitmoji tiegħek fuq il-Mappa tas-Snaps u kemm għandna ndumu biex inħassru l-iSnaps ma' sħabek. Tista' taqsam l-informazzjoni ma' xi ħabib(a) jew mad-dinja kollha! Tgħallem iktar.

A ruler, pencil and paper with heart image on it

Fassalna s-Servizz b'Mod li Nħarsu l-Privatezza

Il-faċilitajiet il-ġodda jgħaddu minn proċess ta' għarbiel bir-reqqa biex niżguraw li jħarsu l-privatezza — nitħaddtu d-dettalji, nargumentaw u naħdmu bla qatigħ biex nibnu prodotti u Servizzi li kburin bihom u li nixtiequ nużaw aħna stess. Wara kollox, aħna nużaw dawn il-prodotti u dawn is-Servizzi kuljum, kemm fuq ix-xogħol kif ukoll fil-ħajja ta' kuljum. L-informazzjoni tiegħek inħarsuha kif nixtiequ li titħares l-informazzjoni tagħna, tal-kumpanija tagħna, ta' familtna u ta' sħabna.

Notebook with heart shaped image

Int Tikkontrolla l-Informazzjoni Tiegħek

Għandek il-jedd li tikkontrolla l-informazzjoni tiegħek. Għalhekk nagħtuk modi ħfief kif tikseb u tibdel l-informazzjoni tiegħek, tibdel kemm taqsam informazzjoni magħna u mal-oħrajn u titlobna nħassru l-informazzjoni tiegħek — jew tal-kont tiegħek — għalkollox. Tista' tikkontrolla l-biċċa l-kbira tas-settings tal-privatezza tiegħek mill-apps tagħna. Tista' wkoll tidħol u tniżżel l-informazzjoni ta' snapchat tiegħek minn hawn. Jekk qatt ikollok xi mistoqsijiet dwar id-dejta tiegħek, tiddejjaqx tiktbilna!

Trash can with heart shaped image

Inħassru Kollox Bħala Regola Standard

L-għan ta' Snapchat hu li toħloq atmosfera bħal meta tkun wiċċ imb wiċċ ma' sħabek — għalhekk is-sistemi tagħna mfassla biex iħassru l-iSnaps u t-Taħditiet ta' bejnek u bejn sħabek mis-servers tagħna wara li jkunu nfetħu jew wara li jiskadu (skont l-għażliet tiegħek). Wara li Snap jew Taħdita ma' ħabib/a tiegħek titħassar, l-unika ħaġa li jifdal huma d-dettalji bażiċi (magħrufa bħala “metadejta”) — bħal, ngħidu aħna, meta ntbagħtet u lil min intbagħtet. Dan ma jfissirx li mhux se tkun tista' tissejvja l-iSnaps f'Memorji jekk tixtieq. Tgħallem iktar.

Aħna nqisu t-taħditiet u l-kontenut li taqsam ma' My AI b'mod ftit differenti — se nżommuhom sakemm titlobna nħassruhom jew sakemm tħassar il-kont tiegħek.

Importanti żżomm f'moħħok li m'hemm xejn li jwaqqaf lil Snapchatters oħra milli jieħdu ritratt tal-iskrin jew milli jissejvjaw l-kontenut b'xi app oħra. Fl-aħħar mill-aħħar, l-aħjar ħaġa li tagħmel hi li taqsam biss dak li jeħtieġlek taqsam u taqsmu biss ma' nies li tafda b'għajnejk magħluqa — l-istess kif għandek tagħmel fil-ħajja ta' vera!

Ħu gost fuq Snap!