Il-Privatezza Tiegħek, Spjegata

Ħafna drabi l-Politiki tal-Privatezza jkunu twal ħafna — u lanqas ma tgħid li jkunu ħfief biex taqrahom. Aħna għażilna li nagħmlu bil-kontra u niktbu l-Politika tal-Privatezza tagħna fil-qosor, b'mod ċar u bi stil ħafif biex taqrah!
Għandek dejjem taqra l-Politika tal-Privatezza kollha. Biss, meta ma tantx ikollok ħin jew tixtieq terġa' tagħti daqqa t'għajn lil xi informazzjoni, għandek l-għażla li taqra din it-taqsira biex issir taf jew tiftakar xi dettalji bażiċi mingħajr ma tinvesti ħafna ħin.

X'Nagħmlu Aħna ta' Snap

Għalina ta' Snap, l-għan tagħna huwa li nagħtu s-setgħa lin-nies jesprimu ruħhom, igawdu l-ħajja, jitgħallmu dwar id-dinja u jiddevertu flimkien.
Biex nagħtuk is-Servizzi tagħna u nagħmluhom aħjar, niksbu xi informazzjoni dwarek biex nippersonalizzaw l-esperjenza tiegħek int u tuża Snapchat, Bitmoji jew xi Servizz ieħor tagħna. Ngħidu aħna, jekk nafu li llum jum għeluq sninek, nistgħu nibagħtu lilek u lil sħabek Lenti biex niċċelebraw! Jew, jekk naraw li qed tqatta' l-jum fejn il-baħar, nafu nfakkruk tibdel l-ilbies ta' Bitmoji għall-okkażjoni. Interessanti, hux?
Mod ieħor kif nippersonalizzaw is-Servizz tagħna hu permezz tar-riklami — li nużawhom biex nagħtuk spazju ferrieħi, sigur u innovattiv fuq l-internet mingħajr ma nitolbuk tħallas. Nużaw xi informazzjoni li nafu dwarek biex nuruk riklami li jafu jogħġbok, meta naħsbu li jkunulek ta' siwi. Ngħidu aħna, jekk dal-aħħar ftħat ħafna Stejjer dwar il-moda, nafu nuruk riklami dwar xi stil taʼ lbies tal-aħħar moda. Jew jekk ftaħt ħafna riklami għal-logħob diġitali, nafu nuruk iktar riklami bħalhom! Biss nużaw l-informazzjoni tiegħek ukoll biex nippruvaw ma nurukx riklami li jafu ma jogħġbukx. Pereżempju, jekk sit tal-biljetti jgħarrafna li diġà xtrajt il-biljetti biex tmur tara film — jew jekk xtrajthom minn fuq Snapchat — mhux se nkomplu nuruk ir-riklami ta' dak il-film. Sir af iktar.

Kif Tikkontrolla l-Informazzjoni Tiegħek

Tixtieq taġġorna d-dettalji tal-kont jew tibdel l-għażliet ta' min jista' jiftaħ l-iStory tiegħek jew isibek fuq il-Mappa tas-Snaps? Kemm tiftaħ l-għażliet fis-Settings tal-app. Tixtieq tkun taf xi ħaġa li mhix fl-app? Iftaħ dil-ħolqa biex tniżżel id-dejta tiegħek. Jekk qatt tkun tixtieq tħalli Snapchat u tħassar il-kont tiegħek għalkollox, għandna l-għodda għal hekk ukoll. STgħallem iktar.

Kif Niġbru l-Informazzjoni

L-ewwel, nitgħallmu mill-informazzjoni li tagħżel li tagħtina. Bħal, ngħidu aħna, meta tiftaħ kont ta' Snapchat, insiru nafu d-data tat-twelid tiegħek, l-indirizz tal-email u l-isem uniku li tixtieqna nużaw biex insejħulek — l-isem tal-utent tiegħek.
It-tieni nett, niksbu l-informazzjoni dwarek meta tuża s-Servizzi tagħna. Anki jekk ma tgħidilniex li tħobb l-isport, jekk ninnutaw li l-ħin kollu taqra l-aħbarijiet dwar il-basketball fuq Spotlight u l-Bitmoji tiegħek liebsa l-ilwien tat-tim, ma tridx tkun għaref biex tifhem li tħobb l-isport.
Fl-aħħar nett, kultant niksbu xi informazzjoni dwarek mingħand nies u servizzi oħra. Ngħidu aħna, jekk xi ħadd minn sħabek itella' l-lista tal-kuntatti, nafu nsibu n-numru tal-mowbajl tiegħek. Jekk tiftaħ reklam ta' logħba, ir-reklamatur jaf jgħarrafna li installajt dik il-logħba. Sir af iktar.

Kif Naqsmu l-Informazzjoni

Meta naqsmu l-informazzjoni, ħafna drabi nagħmlu hekk għax tkun tlabtna nagħmlu hekk int — bħal meta tixtieq iżżid Snap ma' Spotlight jew ma' Mappa ta' Snap jew tibgħat Chat lil xi ħabib(a). Xi ftit mill-informazzjoni tiegħek, bħall-isem tal-utent u l-Kodiċi Snap tiegħek, dejjem jintwerew lil kulħadd.
Aħna naqsmu l-informazzjoni wkoll mal-kumpaniji tal-grupp ta' Snap, mal-imsieħba kummerċjali jew imsieħba l-oħra li jgħinuna nagħtu s-Servizzi tagħna, meta naħsbu li l-liġi titlobna nagħmlu hekk u meta nemmnu li jeħtiġilna nagħmlu hekk biex inħarsu s-sigurtà tal-iSnapchatters, tagħna u ta' ħaddieħor.
Il-bqija, tikkontrolla kollox int! Sir af iktar.

It-Tul taʼ Żmien li Nżommu l-Informazzjoni

Snapchat qiegħed hemm biex tgħix fil-mument. Meta tibgħat Snap jew Titħaddet ma' ħabib(a), ir-regola standard hi li s-sistema tagħna tħassar dak il-messaġġ awtomatikament wara li jinfetaħ jew jiskadi (skont is-Settings tiegħek). Biss dejjem nistgħu nżommu l-messaġġi tiegħek meta int jew ħabib(a) tiegħe titolbuna nagħmlu hekk bħal, ngħidu aħna, meta terfa' messaġġ f'Taħdita jew Snap f'Memorji.
U tinsiex: Snapchatters dejjem jistgħu jieħdu ritratt tal-iskrin!
Xi informazzjoni oħra taf tinżamm iktar fit-tul, bħall-informazzjoni bażika tal-kont tiegħek li naħżnuha sakemm titlobna nħassruha. U l-ħin kollu qed niġbru u naġġornaw l-informazzjoni dwar ħwejjeġ li jafu jogħġbuk u ma jogħġbukx biex inkunu nistgħu nuruk kontenut u riklami aħjar. Sir af iktar.

Kif Tista' Ssir Taf Iktar

Agħti titwila lejn il-Politika tal-Privatezza s-sħiħa tagħna!
Kont taf li l-paġna tal-Privatezza għas-Servizz jew għall-Prodott tagħtik iktar informazzjoni dwar il-faċilitajiet tagħna, kif ukoll ħloqna għadd ta' paġni taʼ appoġġ biex ngħinuk tifhem kif taħdem l-app, biċċa biċċa?
Għadek ma tistax issib dak li qed tfittex? Tħabbel moħħok xejn, kemm tiktbilna u t-tim tal-għajnuna dħuli tagħna jikkuntattjak!