Inkabbru l-Ammont ta' Għodod għall-Ġenituri fl-App Tagħna

11 ta' Jannar 2024

Aħna ta' Snap, impenjati li nagħtu lill-ġenituri żieda ta' għodod u riżorsi biex ngħinuhom jassistu lill-adoloxxenti tagħhom fl-uża sigur ta' Snapchat. 

Fl-2022. nedejna ċ-Ċentru tal-Familja, ġabra ta' għodod għall-ġenituri li jippermettilhom ikunu jafu ma' liema ħbieb uliedhom jitħaddtu fuq Snapchat, jirrappurtawlna t-tħassib tagħhom b'mod kunfidenzjali u jagħżlu x'kontenut uliedhom jistgħu jkollhom aċċess għalih – dan kollu bil-ħsieb biex inħarsu s-sigurtà ta' l-adoloxxenti huma u jużaw Snapchat. 

Bnejna Snapchat biex ngħinu lin-nies jikkomunikaw ma' sħabhom bl-istess mod li jikkomunikaw meta ma jkunux onlajn, u ċ-Ċentru tal-Familja jirrifletti l-istess ambjent tal-ħajja ta' veru fejn il-ġenituri jistgħu jkunu jafu ma' min qed iqattgħu ħinhom uliedhom, filwaqt li jirrisspettaw il-privatezza tal-komunikazzjonijiet personali tagħhom. Biex ħloqna ċ-Ċentru tal-Familja ħdimna fil-qrib mal-familji u l-esperti tas-sigurtà fuq l-internet u ta' sikwit nużaw il-kummenti u ħsibijiet tagħhom biex naġġornawh b'faċilitajiet miżjuda b'mod regolari. 

Illum, qed inħabbru ammont akbar ta' faċilitajiet għaċ-Ċentru tal-Familja biex nagħtu iktar informazzjoni lill-ġenituri u ngħinuhom jerġgħa iktar biex ikollhom taħdidiet aħjar ma' wliedhom dwar is-sigurtà fuq l-internet. Fil-ġimgħat li ġejjin, se nkunu qed inniedu: 

Għarfien Dwar is-Settings tal-Adoloxxenti Tagħhom: Bħala strandard ta' settings għas-sigurtà u privatezza għall-adoloxxenti, aħna dejjem inqiegħdu l-iktar għażliet stretti bħala dawk standard. Issa l-ġenituri se jistgħu jkunu jaraw: 

  • Is-Settings ta' l-iStory tal-adoloxxenti tagħhom: L-adoloxxenti jistgħu jaqsmu l-iStory tagħhom ma' sħabhom jew ma' grupp iżgħar ta' ħbieb tal-qalba u qraba. 

  • Is-Settings tal-kuntatti tal-adoloxxenti tagħhom: L-uniċi nies li jistgħu jikkuntattjaw lill-iSnapchatters huma dawk li huma mniżżla bħala ħabib(a) jew, jekk jagħżlu hekk, il-kuntatti tal-mowbajl tagħhom. 

  • Jekk l-adoloxxent tagħhom hux jaqsam il-post fejn jinsab fuq il-Mappa tas-Snaps: Il-Mappa tas-Snaps tħalli Snappchatters biex jaraw il-post fejn sħabhom jinsabu u x'inhuma jagħmlu, jiskopru postijiet interessanti u jaraw kontenut mibgħut minn Snapchatters madwar id-dinja kollha. Snapchatters iridu jkunu għamlu l-għażla li jaqsmu l-post fejn jinsabu - u għandhom din l-għażla li jaqsmu l-post fejn jinsabu biss ma sħabhom.

Kontrolli għall-Aċċess tal-IA mill-Ġenituri : Il-ġenituri issa se jkunu jistgħu jagħżlu jekk My AI, ir-robot tat-taħditiet imħaddem bl-IA tagħna, jweġibx għall-messaġġi tal-adoloxxenti tagħhom jew le. Dil-faċilità tibni fuq is-sigurtà li diġà teżisti f'My AI, fosthom ħarsien kontra tweġibiet mhux xierqa jew li jagħmlu l-ħsara, is-sospensjoni tal-faċilità għal ftit taż-żmien jekk Snapchatters jużaw is-servizz b'mod ħażin għal ħafna drabi, u l-ħila li l-faċilità taddatta għall-età tal-utent.

Aċċess Faċli għaċ-Ċentru tal-Familja: Għall-ġenituri li jafu ma jkunux familjari ma' Snapchat, qed nagħmluha iktar faċli li jsibu ċ-Ċentru tal-Familja. Issa, il-ġenituri jistgħu jiftħu ċ-Ċentru tal-Familja direttament mill-profil tagħhom, jew mis-settings li jinsabu fir-rokna ta' fuq tal-lemin tal-profil tal-ġenitur. L-għan tagħna hu li ngħinu kemm lill-ġenituri kif ukoll lill-adoloxxenti li għadhom kemm bdew jużaw Snapchat biex tkunilhom ħafifa li jsibu u jibdew jużaw iċ-Ċentru tal-Familja. 

Nittamaw li nkunu nistgħu nkomplu naħdmu fil-qrib mal-ġenituri u mal-esperti tas-sigurtà fuq l-internet biex Snapchat tkun pjattaforma sigura li l-komunita kollha tagħna tieħu gost tuża.

Lura għall-Aħbarijiet